Athleta b’żewġ rebħiet u Bupa Luxol jieħdu l-ewwel rebħa

Wednesday, November 24, 2010, 14:35

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Depiro Mtarfa 59
Bupa Luxol 64

(8-20)(17-19)(20-14)(14-11)

Bupa Luxol kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Depiro Mtarfa u fl-istess ħin pattew għat-telfa li ġarrbu kontra l-istess avversarji fill-logħob tas-Shield. Għal Depiro għamel id-debutt tiegħu il-player Spanjol Sergio Osana Xuste filwaqt li Luxol kellhom lil Andrew Cremona nieqes. Luxol kellhom l-aqwa bidu fejn wara ħames minuti kienu 14-2 minn fuq b’Jean Paul Bonnici jagħmel żewġ trippli. Basket ta’ David Bugeja waqqaf ir-run tall-Luxol li pero wieġbu bil-baskets ta’ Petar Apcev qabel ma weġġa’ l-għaksa u ma setax ikompli l-partita. L-ewwel perjodu għalaq bill-Luxol 12 minn fuq 20-8. Depiro naqqsu d-distakk fl-ewwel tlett minuti tat-tieni sessjoni 16-22. Hawn beda s-show personali ta’ Robert Azzopardi li beda sensiela ta’ three pointers konsekuttivi. Fis-seba minuta Depiro kienu 8 minn taħt 22-30 pero f’temp ta’ minuta tlett trippli konsekuttivi ta’ Azzopardi raw lil Luxol imorru 39-22 minn fuq.

Il-captain Luxol kompla bit-three pointers fill-ftuħ tat-tielet perjodu b’Andrew Aquilina u Xuste jirrispondu għal Depiro. Fis-seba’ minuta t-team tal-Imtarfa bdew run ta’ 13-2 inklużi żewġ trippli ta’ Roderick Vella biex fit-tmiem is-sessjoni l-vantaġġ ta’ Luxol niżel għal 8 punti 53-45. Depiro komplew fejn ħallew fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni meta għamlu run ta oħra ta’ 10-0 u għall-ewwel darba marru minn fuq 55-53. Fis-seba’ minuta Depiro kienu għadhom minn fuq 59-58. Trippla oħra ta’ Azzopardi u basket minn offensive rebound ta’ Antoine Costa kienu strumentali biex Luxol reġgħu ħadu vantaġġ li din id-darba żammewh sat-tmiem f’rebħa ta’ 64-59.

Depiro:  R. Vella 18, J.P. Schembri, D. Bugeja 4, F. Agius, A. Aquilina 3, S. Xuste 15, J. Gatt 7, J. Camilleri, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 12, G. Mercieca.

Bupa: M. Mercieca 10, R. Azzopardi 25, A. M. Trigona, P. Apcev 4, A. Costa 5, N. Vasovic 2, T. Paris, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 14, S. Mizzi.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Stephen Micallef

A to Z Electronics Athleta 75
Siġġiewi Derby 63
(22-23)(12-11)(16-17)(25-12)

Athleta kisbu t-tieni rebħa tall-kampjonat u t-tielet waħda fuq Siġġiewi dan l-istaġun. Il-partita kienet pjaċevoli u ġiet deċiża fl-aħħar parti tagħha. Għall-Athleta kien hemm nieqes Etienne Bezzina fill-waqt li Matijevic kien nieqes għal Siġġiewi fill-waqt li Matthew Shoults kien sospiż. Il-partita kellha bidu bilanċjat bis-Siġġiewi jmorru punt minn fuq 6-5. Hawn Athleta għamlu run ta’ 11-0 u marru 16-6 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi kienet immedjata u fl-aħħar żewġ minuti għamlu break ta’ 7-0 u temmew l-ewwel sessjoni 23-22 minn fuq. Athleta reġgħu ħadu vantaġġ fit-tieni perjodu bil-punti ta’ Dirk Schembri rebbieħ tal-Miles Express player tax-xahar għall-Ottubru. Fis-sitt minuta Athleta kienu minn fuq 32-26 pero’ Siġġiewi reġgħu għamlu l-iskor indaqs 34-34 b’żewġ freethrows ta’ Peter Shoults fl-aħħar sekonda.

Azzjoni mill-logħba tal-Ħadd bejn Athleta u Siġġiewi

Azzjoni mill-logħba tal-Ħadd bejn Athleta u Siġġiewi

Siġġiewi bdew it-tielet sessjoni bi trippla ta’ Adrian Micallef f’run ta’ 9-0 u fir-raba’ minuta kienu 43-34 minn fuq. Sas-seba’ minuta Siġġiewi kienu għadhom 8 minn fuq 46-38. Pero’ Athleta għamlu reazzjoni tajba u bill-punti ta’ Michael Naudi u Steve Schembri reġgħu marru fuq quddiem 50-48. Trippla ta’ Shoults tat vantaġġ minimu lil Siġġiewi fit-tmiem is-sessjoni 51-50. Fl-aħħar perjodu Siġġiewi kabbru l-vantaġġ għal 7 punti 57-50. Bejn it-tielet u t-tmien minuta Athleta għamlu run ta’ 15-1 bi trippli ta’ Omar Said u Steve Schembri u marru 65-58 minn fuq. Fl-aħħar ħinijiet huma kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Siġġiewi u bil-freethrows ta’ Schembri baqgħu fuq quddiem u ħarġu rebbieħa 75-63.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 21, J. Zammit, D. Schembri 10, M. Giusti, C. Galea, O. Said 20, C. Calleja, A. Bonnici 3, K. Baldacchino 4, A. Ryan, S. Schembri 17.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 21, J. Doughty, E. Xuereb, N. Sultana 13, A. Borg 3, A. Micallef 19, K. Borg, J. Jetson 7.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Jean Paul Sammut.





Leave a comment