ASMK tippremja lic-Campjins – Gauci jirbah l-Enduro

Tuesday, February 17, 2015, 8:17

Nhar il-Hadd 8 ta’ Frar l-‘Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ organizzat it-tielet attivita tal-Moto Enduro mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Din giet  organizzata fil-Barriera Torri Falka fil-limiti tal- Imgarr. L-attivita kienet issapportjata min Dunlop Tyres u KTM ta Malta.

Hadu sehem 27 kompetitur maqsuma f’zewg klassijiet, dik Klassi A bil-muturi ta’ cilindrata sa 250cc u Klassi B ghal muturi b’cilindrata ikbar min 250cc. Fuq korsa twila madwar 3.5 kilometri fil-barriera Torri Falka fi klassi A rajna lil Daniel Caruana fuq Honda 125cc jirregistra l-ewwel l-ahjar hin f’din il-klassi segwit min Bernard Sammut fuq Yamaha 125cc u Nigel Anastasi fuq KTM 250cc. Matul it-tieni heat Caruana kompla jtejjeb il-hin tieghu u jiddefendi l-pozizjoni tieghu fl-ewwel post. Dan irregistra l-ahjar hin tal-gurnata f’din il-klassi, dak ta’ 4 minuti 41.71 sekondi. Caruana li kien segwiet min Sammut ma ghamel l-ebda titjib fil-hin tieghu izda xorta wahda zamm posthu fit-tieni post b’hin ta 4 minuti 53.27 sekondi. Fit-tielet post spicca Anastasi b’hin ta’ 5 minuti 5.21 sekondi.

Fi Klassi B kien hemm taqtijha nteressanti bejn James Zahra fuq Yamaha u Matthew Gauci fuq KTM. Zahra mill-ewwel deher aktar veloci tant li rregistra l-ahjar hin fil-Pole Position u kompla jtejjeb il-hin fl-ewwel Heat Ufficjali b’dak ta’ 4 minuti 15.21 sekondi. Gauci kien dejjem fit-tieni post b’hin ta’ 4 minuti 19.07 sekondi. Fit-tielet post rajna lill Alex Sant Fornier fuq mutur KTM 450cc b’hin ta’ 4 minuti u 23.20 sekondi.

L-ahhar Heat kienet krucjali ghall ewwel tliet sewwieqa biex ikomplu jtejbu il-hin taghhom. Dan halla sitwazzjoni mhux tas-soltu. Waqt l-ahhar Heat Zahra waqa’ u spicca tilef hafna hin tant li kien difficli li jerga’ javvanza fuq l-ewwel Heat tieghu u rtira fil-waqt li Gauci rnexxielu jtejjeb fuq l-ewwel hin tieghu u rregistra 4 minuti 10.48 sekondi biex spicca rebah din il-klassi quddiem Zahra. Fit-tielet post spicca Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc b’hin ta’ 4 minuti 20.73 sekondi u fir-raba’ post dahal Sant Fornier b’hin ta’ 4 minuti 23.20sekondi.

Fil-Klassifika overall Matthew Gauci spicca rebbieh ukoll segwit minnJames Zahra.

Intant nhar is-Sibt 7 ta’ Frar fil-lukanda San Antonio l-Assocjazzjoni organizzat is-serata Annwali biex tonora lic-Campjons u Runner-up’s ta’ kull sezzjoni fi hdan l-Ghaqda. Fosthom gew onorati Melo Zammit fuq Ford Escort li rebah il-kampjonat Autocross, Runner-up tieghu Vince Farrugia fuq VW Polo. Clayton Camilleri fuq mutur KTM rebah ghall darb’ohra l-kampjonat Motocross. Runner-up tieghu Paul Muscat fuq mutur KTM. James Zahra fuq Yamaha rebah l-ewwel kampjonat Enduro waqt li r-Runner-up tieghu kien Matthew Gauci fuq KTM. Robert Caruana fuq mutur Gas Gas rebah il-Kampjonat Trials u Runner-up tieghu kien Nick Farrugia fuq Beta.

Waqt id-diskors tieghu l-President tal-Assocjazzjoni Frans Deguaraawgura lir-rebbieha kollha fil-waqt li rringrazzja lil l-isponsors kollha li wkoll kienu prezenti fis-sala. Filwaqt, l-Assocjazzjoni stiednet lis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sports Onor. Chris Agius MP izda dan ma’ setghax jattendi minhabba mpenji ohra. Prezenti wkoll kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppozizjoni ghal l-Isport Onor. David Agius MP. Fid-diskors tieghu huwa offra l-appogg tieghu f’dan il-qasam sportiv u jinsab perswaz li flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghall-Isport u l-Kumitat Ezekuttiv tal-ASMK inkomplu nahdmu biex dan l-isport ikompli jimxi l-quddiem. l-Onor Agius fl-ahhar net awgura lir-rebbieha kollha u kien ukoll ipprezentat b’tifkira tal-okkazzjoni.

L-Attivitajiet tal-Assocjazzjoni se jkomplu nhar il-Hadd 15 ta’ Frar fejn se tigi organizzata ir-raba’ attivita Trials mill-Kampjonat ASMK – Pasta Poiatti 2014/15. l-Attivita ser issir fil-kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fid-9:00 am. Ghall iktar inforamzzjoni wiehed jista jzur is-sit elettronikuwww.asmk.org.mt

Rittrati ta Samuel Scicluna





Leave a comment