ASMK bl-ewwel attivita bil-lejl f`dan l-istagun

Wednesday, May 29, 2013, 14:22

ASMK BL-EWWEL ATTVITA BIL-LEJL F’DAN L-ISTAGUN

 

Nhar Is-Sibt li gej 1 ta’ Gunju 2013 l-“Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ser torganizza l-14 il-attivita mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2012/13 li ser tkun tikkonsisti fit-tigrijiet bil-karozzi Autocross. Il-Programm jibda fis-6:00pm

 Intant harsa hafifa lejn il-klassifiki tal-Autocross fil-Klassi A naraw lil Patrick Cassar fuq Opel Corsa fil-quccata tal-Klassifika b’79 punt. Dan qed igawdi vantagg ta’ 4 punti fuq Christian Galea li jsuq Fiat Ritmo. Minkejja li Galea qieghed isegwi lil Cassar b’75 punt kollox ghadu indeciz min ser jerga jkun campjin tal-Autocross Class A f’dan l-istagun. Hemm ukoll taqtija ghat-tielet post f’din il-klassifika li bhalissa huwa okkupat min Vince Farrugia fuq VW Polo b’31 punt u segwit vicin tieghu hemm Melo Zammit fuq Ford Escort b’25 punt u Emanuel Muscat fuq Opel Corsa b’24 punt.

 Fi Klassi B hemm taqtija nteressanti bejn Mario Scicluna u Malcom Borg it-tnejn isuqu Opel Corsa li qedin fil-quccata ta din il-klassifiika bl-istess puntegg dak ta’ 39 punt kull wiehed. Scicluna u Borg huma segwiti minn Ryan Scerri fuq Opel Corsa li wkoll ghandu c-cans jirbah din il-klassi. Scerri li sa l-ahhar zewg tigrijiet il-boghod kien veru lura fil-klassifika, bir-rebh tieghu fl-ahhar zewg tigrijiet illum jinsab ras imb’ras mal-leaders f’din il-klassi bil-puntegg ta’ 38 punt.

 Fil-Klassi Gozo Autocross insibu lil Dominic Zammit fuq Alfa Sud fil-quccata ta din il-klassi. Zammit jinsab f’din il-pozizjoni b’70 punt segwit min Christian Apap fuq Ford Escort b’57 punt. Zammit u Apap jinsabu segwieti min Marvic Vassallo fuq Ford Escort u Joseph Vella fuq Ford Fiesta li ghandhom l-istess puntegg, dak ta’ 40 punt kull wiehed.

 Dan l-istess Sibt nhar it tigrija xorta sa jkollna s-sezzjoni ta’ tahrig ghal Karozzi liema tahrieg jibda fis-2pm sa 4pm biex imbat ikun hemm hin biz-zejjed biex issir il-maintenance li hemm bzonn fit-trakka.





Leave a comment