ASMK b’Attivita Ghal Malta Records Is-Sibt Li Gej

Wednesday, August 27, 2014, 7:37

L-“Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” nedid il-Programm tas-Sajf qabel ma jerga jibda l-istagun il-gdid 2014/2015. Ta kull sena l-Assocjazzjoni tiehu hsieb torganizza diversi attivitajiet li fosthom ikun hemm minnhom li huma ghal ghan nobbli.

Nhar is-Sibt 30 ta’ Awwissu sa ssir l-ewwel attivita bil-Karozzi u Muturi. Din ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-Assocjazzjoni f’Ta’ Qali fejn ghall habta tal-4pm tibda l-attvita bil-Muturi Endurocross. Din it-tigrija sa tkun imsejha hekk ghar-raguni li fejn is-soltu naraw biss Muturi Motocross fil-korsa f’Ta’ Qali, din id-darba se naraw ukoll Muturi mis-sezzjoni Enduro. Fil-korsa li se jikkompetu fija ser tkun differenti minn dik tas-soltu ghall fatt li f’din il-kompetizzjoni ghal l-ewwel darba fl-istorja il-korsa tal-muturi ser ikunu qed jikkompetu fija direzzjoni bil-kontra.

Fit-8:00pm jidhlu fl-azzjonii l-karozzi tal-Autocross u ghall darb’ohra taht id-dawl artificjali ser issir it-tigrija “Endurance Race”. Din it-tigrija tkun twila Siegha shiha u dawra. Jirbah din it-tigrija min jirnexxilu jaghmel l-iktar Laps matul dan il-hin. Fl-ahhar edizzjoni li saret gew registrati 82 dawra u din id-darba l-Assocjazzjoni iddecided li tirregistra din l-Attivita fil-“Malta Records” bhala l-itwal tigrija bil-karozzi fil-korsa. Jidher li sallumm ma hemm l-ebda attivita ta’ dan it-tip fil-Motorsport li hija r-registrata. Ghal din l-attivita se jiehdu sehem madwar tmien karozzi li jista jkollom sa tlett sewwieqa fuq kull karozza. Taht regolamenti kull kompetitur irid isegwi bir-reqqa ghall fatt li fejn is-soltu jitnaqsu il-punti fuq xi penali f’dan il-kaz sa jitnaqqsu numru ta dawriet bhala penali.

Il-Programm tas-Sajf ikompli b’gurnata xoghol mill-membri tal-ASMK gewwa id-“Dar tal-Providenza” fejn l-Ghaqda ASMK ta kull sena ittellha grupp ta’ nies membri biex jaghmlu xoghol volontarju gewwa din id-dar. Xoghol ta dan it-tip f

’dar bhal din huwa ferm apprezzat ghalhekk l-Assocjazzjoni tiehu hsieb xoghol ta tindif fil-gonna kollha tal-madwar, tikhil u tibjid u xogholijiet ohra. Din l-inzjativa issir kull sena biex dejjem izzom f’mohh kullhadd li l-Isports mhux kollox imma permez ta ghaqdiet bhalna jistghu jkunu utli f’xogholijiet bhal dawn fost is-socjeta Maltija. Din il-gurnata ta xoghol mistenija ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru 2014.

Il-Programm tas-Sajf jaghlaq nhar il-Hadd 21 ta’ Settembru 2014 fejn ghall darb’ohra f’dan l-istagun ser naqsum lejn il-gzira tat- Tliet Gholjiet fejn l-ASMK sa torganizza attvita bil-Karozzi Autocross, u dan grazzi ghall ghajnuna li sibna kemm mill-Ministru ghal Ghawdex kif ukoll mill-Gozo Sports Board. L-Attivita mistennija issir fis-Sannat fl-area Ta’ Marziena. Id-dhul kollu min din l-attivita ser ikun qed imur ghal Dar Arka. Fil-jiem li gejjin ikomplu johrogu iktar dettalji dawr din l-attivita. Ghal iktar informazzjoni wiehed jista jzur is-sit elektroniku www.asmk.org.mt





Leave a comment