ASMK Autocross Season Launched on Sunday

Friday, October 23, 2015, 20:48
  • Note:This article has been written in both English and Maltese
  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

ASMK Autocross Season Launched on Sunday

On Sunday 25 October 2015 Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) continues to launch the Autocross season for 2015/2016 sponsored by ASMK and PASTA POIATTI. During this season we will be seeing two strong Autocross classes, that for the Modified cars and another newer class for Standard Autocross cars with more restrictions to the engines and suspension systems. This latter class continues to show a growth in popularity with a substantial increase of Maltese and Gozo on newer cars in the sport. This Sunday Program starts at noon.

With regards to the Motocross Championship the Executive Committee of the Association decided to postpone the start of the National Championship for Motocross at a later date due to the fact that presently extensive training  is being carried out especially by 4 selected riders for their participation in an International event held in France on the first days of November. The four (4) men Malta Team will be competing among the ten (10) participating countries. More details will be disclosed in the coming days.

Meanwhile the Association opened the Enduro season 2015/2016 ASMK – PASTA POIATTI Championship on Sunday 18th October 2015. The first event was organized at Xaghra tal-Maghlaq quarry limits of Qrendi . For this event 34 competitors registered which were divided in two classes. Class A for motorcycles under 250cc displacement and class B for motorcycles bigger than 250cc.

An Overview of the activity which started a Practice Lap followed by the Pole Position Lap which will establish the place of each rider during the competition timed Laps. The course which was laid over all kinds of natural terrain was a little less than 4 kilometers long. Matthew Gauci on a Yamaha registered the first best time followed by Ian Scicluna on his KTM while Wayne Zahra placed 3rd on a Suzuki.

In Class A Peter Sammut on his KTM dominated the first Heat with an official time of 6 minutes 47.03 seconds. Conrad Farrugia on his KTM followed Sammut in the first Heat with 6 minutes 51.87 seconds. During the Second Heat the situation changed the scene completely. On a KTM Andrea Scicluna registered his best Lap time of 6 minutes 32.81 seconds followed by Nigel Anastasi on KTM with his best time of 6 minutes 51.58 seconds. The Final result showed Scicluna as the winner followed by Sammut in second place and Anastasi had placed third placed in class.

In the First Heat of Class B we saw Matthew Gauci on his Yamaha dominating this class with his first time of 5 minutes 30.76 seconds. Gauci was followed by Joseph Scicluna on a KTM with a best time of 6 minutes 1.97 seconds and Ian Scicluna on a KTM with a time 6 minutes 3.38 seconds. During the second Heat all competitors continued to improve but Gauci retained and defended his place to the end with a 5 minutes 24.45 seconds Lap. Gauci was followed by Joseph Scicluna who registered a best time of 5 minutes 37.01 seconds. In the group of the first three competitors Bernard Sammut entered the group on his KTM by registering a marginal improvement and registered his best time of 5 minutes 53.07 seconds. Gauci was declared winner of this final followed by Joseph Scicluna and Sammut finishing in third place.

The Overall Classification leader was won by Matthew Gauci on a Yamaha with a best time of day 5 minutes 24.45 seconds. Runner-Up was Joseph Scicluna on his KTM who finished the best Lap with a time of 5 minutes 37.01 seconds.

Meanwhile, the Association announced that the first (1st) season event for the Trials Motorcycles will take place on Sunday 1st November 2015. This first event is expected to take place in a hard rock cutting quarry at limits of San Pawl tat-Targa close to Hard Rocks Estate. More information can be found on the ASMK Website www.asmk.org.mt  or on Facebook pages named ASMK Malta or Association Sport Muturi u Karozzi. One can also make contact by email to info@asmk.org.mt
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Malti

ASMK tiftaħ l-istaġun bil-Karozzi Autocross Nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej 25 ta’ Ottubru 2015 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK)  se tkompli tiftaħ l-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 bil-Karozzi Autocross li mistennija ssir l-ewwel attivita’. Matul dan l-istaġun se naraw żewġ klassijiet Autocross, dik Modified u Autocross Standard. Din tal-aħħar tkompli turi tkabbir fil-popolarita’ tagħha fejn din is-sena ser inkomplu naraw żieda sostanzjali b’kompetituri ġodda. Il-programm ta’ nhar il-Ħadd se jibda f’nofsinhar.

Dwar il-Kampjonat tal-Motocross il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni ddeċieda li jkun aħjar li l-Kampjonat Nazzjonali tal-Motocross ma jibdiex nhar il-Ħadd li ġej u dan fid-dawl li bħalissa hemm taħriġ intensiv fil-korsa tal-Muturi minħabba l-parteċipazzjoni ta’ diversi Riders li ser jieħdu sehem f’attivita’ Internazzjonali fi Franza fl-ewwel jiem ta’ Novembru. Iktar dettalji se joħorġu fil-jiem li ġejjin.

Sadannitant l-Assoċjazzjoni nhar il-Ħadd li għadda 18 ta’ Ottubru 2015 fetħet l-istaġun tagħha ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 bis-sezzjoni Enduro fejn ġiet organizzata l-ewwel attivita’ fil-Barriera tax-Xagħra tal-Magħlaq limiti tal-Qrendi. Għal din l-attivita rreġistraw 34 kompetitur maqsuma f’żewġ klassijiet. Klassi A għall muturi ta’taħt il-250cc ċilindrata u Klassi B għall-muturi ikbar minn 250cc ta’ ċilindrata.

Ħarsa ġenerali fejn l-attivita’ li bdiet bil-Pole Position fejn jiġi stabbilit il-pożizzjoni li kull rider fil-kompetizzjoni. Il-korsa li kienet fuq distanza ta’ ftit inqas minn 4 kilometri rat lill Matthew Gauci fuq Yamaha jirreġistra l-ewwel l-aħjar ħin tiegħu segwit min Ian Scicluna fuq KTM u Wayne Zahra fuq Suzuki.

Fi Klassi A rajna lil Peter Sammut fuq KTM jiddomina l-ewwel Heat bil-ħin uffiċjali tiegħu ta’ 6 minuti u 47.03 sekonda fejn kien segwit minn Conrad Farrugia fuq KTM bl-ewwel ħin tiegħu ta’ 6 minuti u 51.87 sekonda. Fit-tieni Heat is-sitwazzjoni inbidlet fejn daħal fix-xena Andrea Scicluna fuq KTM li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta’ 6 minuti u 32.81 sekonda fejn kien segwit minn Nigel Anastasi fuq KTM bl-aħjar ħin tiegħu ta’ 6 minuti u 51.58 sekonda. Ir-riżultat finali spiċċa b’Scicluna rebbieħ segwit minn Sammut fit-tieni post u fit-tielet post spiċċa Anastasi.

Fl-Ewwel Heat ta’ Klassi B rajna lil Matthew Gauci fuq Yamaha jiddomina din il-klassi bl-ewwel ħin tiegħu ta’ 5 minuti u 30.76 sekonda fejn kien segwit minn Joseph Scicluna fuq KTM b’ħin ta’ 6 minuti u 1.97 sekonda u Ian Scicluna fuq KTM b’ħin ta’ 6 minuti u 3.38 sekonda. Matul it-tieni Heat il-kompetituri kollha komplew itejbu l-ħin iżda Gauci baqa’ jiddefendi postu sal-aħħar b’ħin ta’ 5 minuti u 24.45 sekonda fejn kompla jiġi segwit minn Joseph Sċiċluna b’ħin ta’ 5 minuti u 37.01 sekonda. Fix-xena tal-ewwel tliet pożizzjonijiet daħal Bernard Sammut fuq KTM fejn għamel titjib fil-ħin tiegħu ta’ 5 minuti u 53.07 sekonda. Ir-riżultat finali spiċċa b’Gauci rebbieħ segwit minn Joseph Scicluna u fit-tielet post spiċċa Sammut.

Il-Klassifika Overall intrebħet minn Matthew Gauci fuq Yamaha bl-aħjar ħin tal-ġurnata ta’ 5 minuti u 24.45 sekonda u r-Runner-Up tiegħu spiċċa Joseph Scicluna fuq KTM b’ħin ta’ 5 minuti u 37.01 sekonda.

Intant l-Assoċjazzjoni ħabbret li l-istaġun tal-Muturi Trials se jiftaħ nhar il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2015 bl-ewwel attivita’ mistennija issir f’Barriera Limiti ta’ San Pawl tat-Tarġa. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi .

Wieħed jista’ jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt .

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

 

 





Leave a comment