ASM torganizza il-Mini Car Demolition 2011

Thursday, April 14, 2011, 19:23
Matthew Borg fuq Vauxhall Nova

Matthew Borg fuq Vauxhall Nova

Nhar il-Ħadd 17 ta’ April l-Assocjazzjoni Sport Muturi ser tkun qed torganizza 13 il-programm mill-Kampjonati ASM New Styles & Poiatti 2010/2011 li ser ikun jikkonsisti fit-tiġrijiet bil-Karozzi Autocross u Bangers, Muturi Motocross kif ukoll fl-ahhar tal-programm il-Mini Car Demolition. Il-Programm jibda fil-11:00

Intant harsa hafifa lejn l-aħħar attivita fejn l-Autocross matul il-gurnata rajna lil Manuel Muscat fuq Opel Corsa li rebha il-Heats kollha tal-gurnata fejn awtomatikament ikun stazzjonat fil-Finali Klassi A tal-gurnata segwiet min 5 sewwieq ohra skond il-klassifika tal-ġurnata, imbgħad fil-finali klassi A rajna bidu tajjeb min Karmenu Mifsud fuq Hillman Imp segwiet tajjeb min Christian Galea fuq Fiat Ritmo, minkejja li din it-tiġrija ma kientx iddominat min tibdiel fil-postijiet xorta kien hemm taqtija sportiva bejn Mifsud u Galea li kienu diversi attentativi biex Galea jisupera lil Mifsud, b’Mifsud xorta wahda jibqa jippersisti fuq Galea, it-tigirja spiccat Mifsud u Galea iżommu posthom kif bdew segwiet min Manuel Muscat u Mario Scicluna it-tnejn fuq Opel Corsa.

Fil-Finali Klassi B rajna ir-ritorn ta Matthew Borg fuq Vauxhall Nova li kellu bidu tajjeb tant li mill-ewwel irnexxilu jisraq l-ewwel pożizzjoni f’din il-finali, segwiet min Karmenu Zammit fuq Escort MK3 u Malcom Borg fuq Opel Corsa rispettivament.

Fil-Bangers il-gurnata kienet wahda iddominat min Dennis Vassallo fuq Cortina li kellu taqtija ma Tony Spiteri fuq Granada u Philip Delia fuq Escort, b’Vassallo irnexxilu jirbah il-ġurnata segwiet min Spiteri u Delia rispettivament.

Fil-Motocross Klassi rajna li Carmelo Borg fuq Kawasaki li ddomina din il-klassi il-gurnata kollha segwiet tajjeb min David Dimech fuq Kawasaki u Stefan Dimech fuq Honda, fi Klassi B rajna Andre Saliba fuq Yamaha li rebah il-heat kollha tal-gurnata segwiet tajjeb min Neil Bonavia fuq Honda u Lee Cortis fuq Kawaski

Fil-Klassifika tal-Kampjonati ASM 2010/11 insibu lil Manuel Muscat fuq Opel jilidja il-Klassi A Autocross, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova jilidja il-Klassi B Autocross, Tony Spiteri fuq Granada qed jilidja il-Klassi tal-Bangers, Stefan Dimech fuq Honda qed jilidja il-Klassi A tal-Motocorss u fl-aħħar nett insibu lil Andre Saliba fuq Yamaha li qed jillidja il-Klassi B Motocorss

Intant l-Assocjazzjoni tghid lil wara l-incidenti li kellha fl-ahhar attivita min naha tas-Sezzjoni Autocross il-Board tad-dixxiplina idecida li jisospendi dan is-sewwieq kif gej:- Brian Azzopardi fuq Escort 39 ghaxar tigirjiet, Vince Birmingham fuq Honda 12 tlet tigrijiet, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift zewg tigirjiet, Malcom Borg fuq Opel Corsa u Matthew Borg Vauxhall Nova tigrija kull wiehed u fl-ahhar net Alfred Vella sid tal-karozza Opel Nova 5 sospendut indefinit.

Nhar is-Sibt l-Assocajzzjoni tfakkar li bhas-soltu tkun qed torganizza sezzjonijiet ta tahrig ghal kull sezzjoni dawn jibdew mill-10:00am sa l-4:00pm.





Leave a comment