ASM tħabbar kampjonat u kumitat ġdid għas-sezzjoni trials

Tuesday, January 31, 2012, 19:39


Nhar il-Ħadd 5 ta Frar 2012 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi se tkompli l-attivitaijiet mill-Kampjonati ASM Pasta Poiatti 2011/12. Il-programm ser ikun jikkonsisti fit-tiġrijiet bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross u l-Progamm jibda fil-11 ta  fil-għodu.

Intant ħarsa hafifa lejn il-klassifika fejn wara li għadda nofs il-Kampjonat, fl-Autocross Klassi A insibu lil Christian Galea fuq Fiat Ritmo b’punt wiehed vantaġġ fuq Patrick Cassar li qed jokkupa it-tieni pozizjoni fil-klassifika b’46 punt. Din il-bidla saret wara li Galea rnexxilu jtella l-punteġġ u kiseb dan il-vantaġġ fuq Cassar fl-aħħar attivta. Cassar u Galea huma segwiti minn Manuel Muscat fuq Opel Corsa li għandu 26 punt. Fil-Klassi B insibu li fl-aħħar attivita’ Mario Scicluna tela’ fil-quċċata ta’ din il-klassifika b’26 punt u segwit tajjeb min Matthew Borg fuq Vauxhall Nova b’24 punt. Scicluna u Borg huma segwiti min Kieth Borg fuq Vauxhall Nova u James Buttigieg fuq Fiesta bl-istess puntagg ta 13 il-punt kull wiehed.

Fil-Motocross jidher li kollox lest ghal attivita’ oħra u nisperaw li temp jippermetti. Ma kellna l-ebda tibdil fil-klassifika minħabba l-ahhar zewg attivitajiet gew imhassra minhabba l-maltemp li kien għamel. Issa kollox jinsab lest biex naraw taqtija sportiva fi Klassi A fejn fil-Klassifika hemm taqtija tajba bejn l-ewwel hames sewwieqa. Carmel Borg fuq Suzuki RMZ jinsab fil-quċċata b’70 punt segwit tajjeb mill-ex-Campjin Clayton Camilleri fuq KTM b’65 punt. Borg u Camilleri huma segwiti mic-Campjin attwali Stefan Dimech fuq Honda CRF li qed jokkupa it-tielet pozizjoni b’60 punt. Fix-xena ser ikun qed naraw lil Paul Muscat fuq KTM u Edward Ciantar fuq Kawasaki li qed jokkupaw ir-raba’ pożizzjoni bl-istess punteġġ ta’ 48 punt.

Fil-Motocross Klassi B naraw taqtija ohra bejn l-ewwel erba’ postijiet fil-klassifika. Fil-quċċata nsibu lil Charles Borg fuq Honda CRF li qed jillidja din il-klassifika b’67 punt u segwit b’4 punti inqas min Turu Micallef fuq Honda CRF.  Borg u Micallef jinsabu segwiti min Brandon Muscat Cassar fuq Yamaha YZ u Brandon Slowe fuq Honda CRF li ghandhom l-istess puntegg ta 53 punt.

Intant l-Ezekuttiv tal-Assocajzzjoni nhar l-Erbgħa ħabbar Kumitat gdid ghas-sezzjoni tat-Trails. Dawn ser ikunu rappreżentati minn Eddie Bonello President u minn Manuel Camilleri Segretarju. Nick Farrugia sa jkun il-Kaxxier tas-sezzjoni. Din il-ħatra qed ssir wara l-interss li intwera fit-Trials mis-sajf li għadda l-hawn. L-Eżekuttiv ħass il-bzonn li t-Trials bikers ikollom kumitat bħal ma kien fiż-żmien ta’ qabel. Minkejja li hemm uċuh ġodda fil-kumitat Eddie Bonello rega gie mahtur President tat-Trials, tali kariga li huwa kien jokkupa wkoll fl-2001. Intant il-Kumitat tat-Trails minkejja li ġie ffurmat ufficjalment il-gimgħa li għaddiet kien diga qed jahdem fuq diversi affarjiet fosthom fejn jipprattikaw dan l-isport, regoli godda u programm zgħir t’attivitajiet li ser ikun qed issiru bejn Frar u Mejju 2012. l-Ezekuttiv wara li osserva it-taħriġ li sar u li kien ilu għaddej mis-sajf 2011 li għadda inħass il-bżonn li jsir kampjonat qasir halli jibda jdaħħal l-element tal-Kompetizzjoni bejn is-sewwieq tat-Trials. Dan il-Kampjonat ser jibda nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar 2012 u ser ikun maqsum fuq erba’ attivitajiet. Kull programm ikun twil 4 sieghat maqsumin fid-diversi sezzjonijiet.

L-Eżekuttiv tal-ASM ħabbar ukoll li nhar il-Hamis 16 ta’ Frar 2012 ser ikun qed ilaqqa’ s-Sezzjoni tad-Demolition fejn se jinfetħu r-Registrazzjonijiet ghad-Demolition li jmiss li ser tkun nhar il-Hadd 25 ta Marzu 2012. Din il-laqgha issir fil-Klabb House tal-ASM l-Imtarfa u tibda fit-8:00pm.

Bħas-soltu is-Sibt lejliet it-tigrija ikun hemm it-tahrig ghal kull sezzjoni fejn fl-10:00am jibdew bil-Muturi u wara nofsinhar ikomplu bil-Karozzi.

 





Leave a comment