Armenia vs Malta allegazzjoni ta` korruzzjoni

Friday, June 14, 2013, 10:26

Minn Josef Galdes

Il-President tal-federazzjoni Armena tal-football cahad l-allegazzjoni ta` korruzzjoni fil-partita Armenja kontra Malta. Dan qalu waqt konferenza stampa li dehret fuq sit eletroniku barrani.

Il-President is-Sur Ruben Hayrapetyan qal li hu qatt ma hu lest biex ibiegh partita tal-football tat-team nazzjonali Armen minhabba l-fatt li jhobb lil pajjizu u li jhobb anki dan l-isport. Hayrapetyan zied jghid li min qed jallega din il-qlajja jiffacjah personalment biex jaghmel rapport lil pulizija fejn l-istess president lest anki jirrizenja.

Hayrapetyan temm jghid li l-players Armeni gew immultati mill-federazzjoni wara t-telfa ta` Malta u din hassewha hafna tant li fil-partita kontra d-Danimarka huma rebhu bl-iskor kbir ta` 4-0 barra minn dahrom. Malta intant kienet kisbet rebha importanti bl-iskor ta` 1-0 kontra l-Armenja, fejn ghall-Maltin kienet l-ewwel rebha kontra dan in-nazzjon minn 5 partiti.





Leave a comment