Aquilina fil-Vetrani u Valletta SC fit timijiet, waslu sal-finali

Tuesday, January 21, 2020, 7:54

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ Rochefort 2020 ġewwa l-Belġju.

It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien iffurmat minn Samuel Bartolo (Kaptan), Derek Conti, Mario Camilleri, Joseph Borg Bonaci u Mark Gauci.

Fil-kategoriji individwali li ġew organiżżati s-Sibt ħadu sehem fil-kategorija Open Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci, Mark Gauci li waslu sal-aħħar 32, filwaqt li Derek Conti wasal sal-aħħar 16. Mario Camilleri kien qed jieħu sehem fil-kategorija tal-Veterani u inqala’ fil-play-offs.

Il-Ħadd kien jmiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet.  Valletta SC kellhom prestazjoni tajba ħafna, u kienu ftit boghod mir-rebħa ta’ dan il-Major prestiġjuż.  Valletta SC għaddew l-ewwel fil-grupp tagħhom, u wara semifinali iebsa kontra t-tim taljan Napoli Eagles kellhom il-finali kontra t-tim Talja SC Fiamme Azzurre. Kienet logħba missielta sal-aħħar, li spiċċat bir-riżultat ta’ draw 2-2, iżda sfortunatamet ntrebħet minn SC Fiamme Azzurre b’diferenza ta’ 2 gowls.

Valletta SC issa mistennija li jipparteċipaw fil-Major ta’ Frameries 2020, f’Marzu.

Massimo Cremona ta’ Napoli Fighters wasal ukoll sal-aħħar 16 , fil kategorija veterani 4 players Maltin hadhu sehem min total ta  60 li bdew din il kompetizjoni b’John Zammit ta’ Bormla SC u Jason Pisani ta’ Master Sanremo kif ukoll  Mario Camilleri ta’ Valletta SC  jaslu sal-barrage wara l-gruppi b’Charlie Aquilina ta’ Bormla jasal sal-finali kontra Montano ta’ Tiburones Spanja 1-3. Fit-turnew ta’ konsolazzjoni, minn total ta’ 32, Josef Camilleri ta’ Bormla wasal sas-semifinali.

Is seed no 1 tad-dinja Jurgen Balzan ta’ SC Stembert fil kategorija ta’ taħt id-19-il sena, kien l-uniku Malti f’din il-kategorija minn total ta’ 9 li ħadu sehem u wasal sas semi finali .

Fil kategorija tat-timijiet minn total ta’ 41 tim mill-Ewropa kollha, iż-żewġ timijiet ta’ Valletta u Bormla ħadu sehem, bil-klabb Bormliż jasal sal-kwarti tal-finali. It-tim ta’ Jason Pisani Master Sanremo wasal sas-semifinali u Valletta SC waslu sal-finali bi dro ta’ 2-2 kontra iċ-ċampjins tal-Ewropa Fiamme Azzure Roma tal-Italja li rebħu b’differenza ta’ 2 gowls vantaġġ.





Leave a comment