Approvat il-ħruġ tal-permess għal-bini tal-Boċċi ġdid f’San Gwann

Wednesday, October 24, 2012, 10:36

llum l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) approvat il-ħruġ tal-permess għal-bini ta’ Klabb tal-Boċċi ġdid fil-limiti Ta’ Zwejt f’San Ġwann. Bil-bini tal-klabb tal-Boċċi l-ġdid, il-post li fih illum hemm il-klabb tal-boċċi se jinbena Ċentru Ċiviku ġdid f’post ċentrali u jsir ġnien ġdid u akbar minn dak li hemm illum. Fil-fatt il-ġnien se jikber b’madwar 900 metru kwadru. Dan se jfisser li se jkun hemm spazju b’aktar siġar u logħob għat-tfal.

 

Biex dan iseħħ il-Ministeru ħa ħsieb li jsib post alternattiv għal klabb tal-Boċċi ta’ San Ġwann. Issa li l-permess għall-klabb tal-boċċi l-ġdid ġie approvat fil-ġimgħat li ġejjin se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-klabb tal-boċċi li mistenni jitlesta fi żmien 4 xhur minn meta jinbeda.

 

Kull min jixtieq jara walkthrough tal-proġett ta’ Ċentru Ċiviku u Ġnien Karin Grech jista’ jagħmel dan mis-sit elettroniku: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=113.





Leave a comment