Appogg lill- atleti Maltin fil-loghob tal-pajjizi z-zaghar tal-Ewropa

Wednesday, May 29, 2013, 14:49

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, kellu laqgħa ta’ diskussjoni mal-Ministri tal-Isport u l-Presidenti tal-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-ħmistax-il edizzjoni tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa, li se jiftħu llejla fil-Lussemburgu.  Fil-laqgħa ntlaħaq qbil, fost affarijiet oħra, fuq l-importanza li l-awtoritajiet pubbliċi ma jnaqqsux mis-sostenn tagħhom lill-moviment sportiv fil-pajjiżi rispettivi tagħhom minkejja li l-Ewropa għaddejja minn kriżi ekonomika.

Dr Buontempo jinsab il-Lussemburgu biex jagħti l-appoġġ tiegħu lill-kontinġent tal-atleti Maltin li se jieħdu sehem fil-Logħob. Filwaqt li lbieraħ filgħaxija laqa’ lill-kontinġent mal-wasla tiegħu, illejla se jattendi għaċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ, u għada t-Tlieta se jkollu l-okkażjoni jsegwi l-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-atleti Maltin. F’din l-edizzjoni tal-Logħob qed jieħdu sehem l-Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, Monako, il-Montenegro u San Marino.

Dr Buontempo se jieħu wkoll l-opportunità biex jiltaqa’ mal-komunità imdaqqsa Maltija fil-Lussemburgu. Barra minn hekk, se jkollu laqgħat ma’ awtoritajiet tal-Lussemburgu fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.





Leave a comment