Applikazzjonijiet għal min hu interessat jingħaqad mal-Floriana YN

Thursday, April 11, 2013, 17:26

Floriana FC Nursery qed tilqa’ applikazzjonijiet minn coaches li jixtiequ jiffurmaw parti mill-istruttura tagħha għall-istaġun 2013–2014.  Dawk kollha interessati jistgħu jikkuntattjaw direttament lis-Segretarju Joseph Muscat (99803844) fuq florianafcnursery@gmail.com jew jiġbru applikazzjoni mill-uffiċċju tan-Nursery fil-Floriana kuljum bejn l-16:30 u s-19:00, inkella s-Sibt u l-Ħadd mid-09:00 sa 12:00.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-uffiċċju tan-Nursery sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2013.

Floriana FC Nursery qed tilqa’ wkoll applikazzjonijiet minn tfal li jixtiequ jissieħbu magħha fil-kategoriji kollha.  Dawk kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lis-Segretarju Joseph Muscat (99803844) jew inkella jiġu l-uffiċċju tan-Nursery kuljum bejn il-17:00 u s-19:00, inkella s-Sibt u l-Ħadd mid-09:00 sa 12:00.





Leave a comment