Appell lill-MFA minn partitarju dwar l-indafa u s-sigurta

Thursday, January 26, 2012, 18:17

Sur Editur,

Bhala bniedem dilettant tal-futbol lokali u li spiss insegwi t-team tieghi kull weekend, nixtieq nghaddi rimarka li hawn Malta ftit tinghata importanza.

Qed nirreferi ghall-Health & Safety li suppost kemm ilna li dhalna membri shah fl-Unjoni Ewropea ghandha tinghata iktar importanza f’dan il-qasam.  Jekk l-MFA trid li l-futbol lokali jghamel progress, dan ma jsehhx biss bir-rizultati u bil-players lokali li jmorru jilghabu barra mil-pajjiz, imma rridu nzommu l-istat ta’ l-istadiums tajjeb u ghall-bzonnijiet necessarji kollha ghall-ispettaturi li jiffrekwentaw il-ground.

Qed nghid hekk ghax nixtieq insemmi kaz partikolari li gara lili personali fejn seta’ kellu konsegwenzi hafna ghar minn kif spiccaw.

Kont qed insegwi l-partita bejn Floriana vs Marsaxlokk li kienet qed tintlaghab fil-Hibs ground, Kordin nhar il-Hadd, 8 ta’ Jannar 2012. Jien bhala partitarju ta’ Floriana kont qieghed fin-naha l-leminija ta l-istadium. F’hin minnhom mort it-toilet (fejn ta’ min jirrimarka li ghall-irgiel ma jezistux toilets izda minflok hemm pixxaturi). Wiehed jista’ jimmagina l-isfrakass u t-tghaffig li kien hemm fl-art. B’konsegwenza ta’ dan, jien u hiereg mit-toilet spiccajt zlaqt fiz-zewg targiet li hemm u spiccajt waqajt ghal dahri. Fortunatament, inzerta li f‘ dak il-hin partikolari kien hemm spettaturi ohra fil-vicin, li min qalbi nixtieq nirringrazzjahom ghax kienu huma li zammewni milli nizloq ghal isfel minn rampa li fiha gholi ta’ madwar sular.

Ta’ min jghid li biex wiehed jidhol fl-istadium isegwi partita, irid ihallas sitt ewro.  Bhal kull partitarju iehor nistenna li jkun hemm indafa assoluta f’postijiet pubblici. B’incident bhal dan, il-konsegwenzi setghu kienu ferm ikbar ghaliex jien stajt spiccajt f’wheelchair. Madanakollu, xorta wahda  ghadni sal-lum il-gurnata nbati,  sahansitra qed nattendi ghat-terapija minhabba ugigh f’ dahri.

Nixtieq li din l-ittra ma taqax f’widnejn torox…qieghed nghaddi dan l-ilment mhux alija personali biss imma ghaliex nahseb li jkun ta’ gid ghal kull spettatur li jattendi l-grounds lokali. Fuq kollox, jekk irridu li l-futbol Malti jimxi ‘l quddiem irridu niehdu hsiebu min kull aspett.

Grazzi bil-quddiem,

Kenny Roberts





1 Comment

  1. Kenny Roberts says:

    Grazzi ta’ l-Appogg u talli tajtuni c-cans insemma lehni…..Grazzi mil-gdid!!!

    [Reply]

Leave a comment