Antonello Abela mogħti is-’shield’ Ambaxxatur Anthony Debono

Friday, August 24, 2012, 15:30

Bħala parti integrali mill-programm ippjanat mill-Kumitat tal- Inter Club Malta, taħt it-tmexxija tal- President John Zammit,  biex ikun ċelebrat l-34 Anniversarju mindu twaqqaf il-Club f’Malta, saret il-preżentazzjoni tal- Ambaxxatur Anthony De Bono ‘Shield’

Din is-‘Shield’ tingħata lil dak il-partitarju li jkun iddistingwa ruħu matul is-sena li tkun għaddiet.

Wara diskorks tal-okkażjoni il-President Zammit stqarr li ma kien hemm l-ebda dubju li din is-sena il-premju kellu jingħata lill- partitarju Antonello  Abela,   li kien strumentali fil-kontribuzzjonijiet tiegħu  mhux biss bil-programmi tar-Radio li jxandar b’mod konsistenti fuq l-aħbarjiet attwali u l-istorja tat-team tal-Inter,  iżda bl-impenn sħiħ tiegħu biex ġie pubblikat il-ktieb ‘Storja ta’ Unuri u Successi’.

Dan il- ktieb li fih hemm miġbura is-successi kollha fl-istorja tal-Inter bi statistika preċiza u b’ritratti bil-kulur tal- avvenimenti sbieħ tat-team huwa publikazzjoni unika  li żgur se tkun apprezzata mill-partitarji tal Clubs kollha tal- Inter madwar id-dinja.

F’kumment li l-President John Zammit għamel għall-istampa qal li diġa kien hemm interess qawwi mid-diriġenza prinċipali tal-Club tal- Inter ġewwa Milan fejn huwa mistenni li l-ktieb ‘Storja ta’ Unuri u Successi’  jinqaleb fil-lingwa Taljana u ssir prezentazzjoni lill-President Massimo Moratti.

Il-preżentazzjoni tas-‘ Shield’ lill-Antonello Abela saret mill-Ambaxxatur ta’ Malta ghall- Gordan l-Eċċelenza Tiegħu Anthony De Bono li huwa wkoll President Onorarju tal-Club tal- Inter ta’ Malta.

 





1 Comment

  1. KBorg says:

    HHHHAAAAAA tajba din – Dan Tony Debono very chav ta. Ma naf lil ebda ambaxxatur malti joqghod isemmi tazza warajh- Nahseb daru mimlija mirja

    [Reply]

Leave a comment