- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Anton Cuschieri Rebbieħ Tal-Kampjonati Ewropej 2017

Posted By Sportinmalta On February 20, 2017 @ 7:17 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Anton Cuschieri huwa r-rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej li ġew fi tmiem tagħhom illum ġewwa Blackpool, l-Ingilterra.  Cuschieri kien f’ forma brillanti u f’ finali mill-aktar eċitanti għeleb lil plejer Ingliż Carl Singleton bl-iskor ta’ 8-7.

Fl-istess kampjonati t-tim  nazzjonali tal-irġiel kellu prestazzjoni tajba ħafna u kien ferm  sfortunat li tilef fil-finali kontra ċ-champions tad-dinja, l-Ingliżi, bl-iskor ta’ 8-6.

It-Tim Malti A tal-Over 50′s tilef fis-semi finali kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 4-5.

Unur ieħor ġie mirbuħ  mill-plejer Malti Ray Caruana li rebaħ l-award tal-aqwa player tat-tournament fil-kategorija Over 50′s

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/anton-cuschieri-rebbieh-tal-kampjonati-ewropej-2017/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.