Anthony Cremona jinħatar kowċ ta’ Marsaxlokk FC

Friday, November 18, 2011, 10:17

minn Cristian Muscat

Anthony Cremona nħatar kowċ ġdid ta’ Marsaxlokk FC u għandu jkun fit-tmun tat-tim fil-logħba li Marsaxlokk imisshom kontra Mosta nhar il-Ħadd li gej.

Cremona, kien l-assistent tal-kowċ Paul Zammit, illum kowċ ta’ Birkirkara, meta Valletta rebħu t-titlu lura fl-istaġun 2007/08.

Marsaxlokk bdew dan l-istaġun taħt it-tmexxija tal-kowċ Winston Muscat iżda li rriżenja wara ftit xhur minn meta ħa t-tmexxija ta’ dan il-klabb biex illum huwa l-kowċ ta’ Naxxar Lions fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni.

Ix-Xlukkajri żgur li ma kellhomx bidu tajjeb f’dan l-istaġun hekk kif ikkonfrontaw problemi ta’ kull lat fosthom dawk amministrattivi. Huma bħalissa jinsabu fl-10 post tal-klassifika meta għandhom biss 10 punti minn 11 -il logħba.





2 Comments

  1. inhob il football says:

    jien ma nafx kif jista il fogotball malti jimpruvja bda tip ta coaches il gzira fc belahom in nursurie tal belt fi 3 gimghat li ghamel gabom jitkelmu wehidom . u allajbirek issa coach tal premier.

    [Reply]

  2. arnold says:

    awguri anton

    [Reply]

Leave a comment