Annual Pre-Season Seminar For Futsal Referees

Friday, September 23, 2016, 16:01

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

The annual pre-season seminar for Futsal referees was held from Friday 02nd to Sunday 04th September 2016, at De La Salle College.

This year the main lecturer was FIFA Instructor and UEFA Referee Observer Andrea Lastrucci, who started his career as FIFA Instructor in 2004.

He is one of the pioneers of Futsal Refereeing in Europe.  In his international refereeing career, he has officiated 140 matches including finals in the European Champions Tournament in 1994, Intercontinental Cup final in 1997, Club’s World Cup Final in 1998 and UEFA Euro Futsal Championship Final in 1999.

Mr. Lastrucci’s main topics covered during the seminar were Communication and Co-operation between the refereeing team, Uniformity and Consistency of Decisions, Dealing with Simulation and Mass Confrontation, and Psychological and Mental Preparation of the match.

All referees underwent FIFA fitness test and overall results were satisfactory.

The seminar was addressed also by Director of Refereeing, Kevin Azzopardi.

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Seminar Ta’ Qabel Il-Bidu Tal-Istaġun Għall-Futsal Referees

Is-seminar annwali qabel il-bidu tal-istaġun għar-referees tal-Futsal sar miil-Ġimgħa t-2 sal-Ħadd l-4 ta’ Settembru 2016, fil-Kulleġġ ta’ De La Salle.

Il-lecturer ewlieni din is-sena kien il-FIFA Instructor u UEFA Referee Observer Andrea Lastrucci, li beda l-karriera tiegħu ta’ FIFA Instructor fl-2004.

Is-Sur Lastrucci huwa wieħed mill-pijunieri fir-refereeing tal-Futsal fl-Ewropa.  Fil-karriera internazzjonali tiegħu, hu kien involut f’140 logħba, fosthom il-finali tal-European Champions Tournament fl-1994, l-Intercontinental Cup final fl-1997, il-Club’s World Cup Final fl-1998, u l-UEFA Euro Futsal Championship Final fl-1999.

Is-suġġetti ewlenin trattati minnu matul is-seminar kienu dwar il-Komunikazzjoni u Kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-logħba, Uniformità u Konsistenza fid-deċiżjonijiet, kif wieħed jaffronta każi ta’ Simulazzjoni u Konfrontazzjoni bejn il-players, u Preparazzjoni Psikoloġika u Mentali għal-logħba.

Ir-referees kollha għamlu t-test fiżiku tal-FIFA, u b’mod ġenerali r-riżultati kienu sodisfaċenti.

Is-seminar kien indirizzat ukoll minn Kevin Azzopardi, Direttur tar-Refereeing.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

Group Photo





Leave a comment