- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Angelo Borg ikompli juri l-potenżjal tiegħu

Posted By Sportinmalta On March 12, 2013 @ 1:57 pm In Featured,Other,Table Football | No Comments

Il-player żagħzugh Malti tat-Table Football Angelo Borg li jilgħab mat-team taljan Real Celeste ta’ Napli, kompla juri l-potenzjal f’kompetizzjonijiet internazzjonali u kompla jsaħħaħ postu fin-numru 1 tar-rankings mondjali ta’ l-FISTF fil-kategorija ta’ U19.

Wara li kien rebaħ l-International Open li kien sar f’Jannar ġewwa Malta, kien imiss li jilgħab u jirbaħ għat-tielet sena konsekeuttiva l-Gran Prix ta’ Issy Les Moulineaux fi Franza u jwaqqaf rekord f’dan il-logħob. Fil-finali rebaħ kontra l-Ispanjol David Gonzalez bl-iskor ta 4-2 wara l-għoti tal-penalties.

Fit-3 ta’Marzu ikkompeta u rebaħ l-aktar Major prestiġġjuz dak ta’ Mons fil-Belġju biex b’hekk irrepeta s-suċċess li kien kiseb sentejn ilu fl-2011. Din id-darba Borg kien f’forma mil-aqwa u rebaħ bl-iskor identiku ta’ 4-0  fis-semi finali kontra l-Olandiz Jovi Willeijns u fil-finali kontra t-Taljan Antonio Fucci.

Għal-kumplament ta’ l-2013, l-ambizzjonijet ta’ Borg huma li jikseb suċċessi ohra f’kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom fil-Gran Prix ta’ Ruma kif ukoll fil-Major ta’ Bologna. Angelo qed jaspira wkoll għal riżultat tajjeb fit-tazza tad-Dinja, meta ser ikun qed jirrapreżenta lil Malta ġewwa Barcelona f’Settembru li gej.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/angelo-borg-ikompli-juri-l-potenzjal-tieghu/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.