Andrew Hogg u l-esperjenza tiegħu f’ Ċipru s’issa

Thursday, January 31, 2013, 22:24

minn Andre’ Xuereb

Wara ħdax –il sena jilgħab fil-Kampjonat Malti ,li fihom  rebaħ tliet kampjonati u Trophy , Andrew Hogg ingħaqad ma’ Enosis Neon Paralimni f’ Ċipru f’ Ġunju li għadda.

Hogg beda l-karriera tiegħu mat-tim ta’ Pieta’  Hostpurs fejn lagħab 63 logħba , fl-istaġun 2003-2004 Hogg kellu esperjenza fl-Italja fis-Serie B ma’ Bari , fl-istaġun 2007-2008 Hogg ingħaqad ma’ Valletta FC fejn kien iffirma għal ħames snin.Sena wara l-aqwa Goalkeeper tal-Kampjonat 2007-2008 kien viċin li jingħaqad ma’ Aek Larnaca iżda t-trasferiment fl-aħħar mill-aħħar ma’ seħx.

Sportinmalta.com għamel kuntatt ma’ Hogg , dan minn naħa tiegħu ddikjara li huwa jinsab kuntent f’Ċipru,sa’ mill-bidu tal-esperjenza tiegħu f’ Ċipru Hogg wera determinazzjoni kbira biex juri l-kapaċitajiet tiegħu barra minn xtutna f’ kampjonat li aktar ma’ jgħaddi ż-żmien , aktar isir kompettitiv u ta’ livell għoli.Hogg ikkumenta fuq il-fatt li klabbs bħal Ael Limassol ,Apoel Nicosia ,Anorthosis Famagusta u Omonoia Nicosia għandhom budgets kbar .

AEL Limassol ir-rebbieħa tal-kampjonat Ċipriott 2011-2012 saħansitra spiċċaw fir-raba’ post tal-Europa League .It-timijiet Ċipriotti kollha tul dawn l-aħħar bnew bażi ta’ coaches u scouts tajbin u rnexxilhom jikkonvinċu players minn madwar id-dinja kollha biex imorru jilgħabu Ċipru , plejers li lagħbu fi klabbs bħal Porto FC , Sporting Lisbon , Ajax FC u oħrajn .

Wara li fl-ewwel partita tal-istaġun li Enosis tilfu 5-0 home kontra APOEL , Hogg ma’ lagħbx , Hogg lagħab il-kumplament tal-logħob tal-kampjonat li lagħbu Enosis s’issa , 18 –il partita u qala’ 18-il goal , Hogg kellu partiti tajbin ħafna u huwa l-goalkeeper no 1 indiskuss ta’ Enosis.

Enosis jinsabu fit-tmien post tal-kampjonat Ċipriott b’19 –il punt.Minn naħa tiegħu Hogg ser ikompli jagħti l-100% tiegħu f’kull logħba biex apparti li jtejjeb l-posizzjoni attwali tat-tim tiegħu fil-kampjonat , ikompli jagħmel isem għalih barra minn xtutna.

Fit-2 ta’ Frar Enosis Neon Paralimni jaffrontaw lil Omonoia Nicosia ta’ Andre’ Schembri , wara din il-partita Hogg u Schembri ser jibqaw ġejjin Malta għall-partita ta’ ħbiberija tat-tim Nazzjonali Malti kontra t-tim Nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq li ser tintlab fis-6 ta’ Frar





Leave a comment