Andrew Chetcuti jerġa’ jirbaħ midalja fl-Għawm

Thursday, June 2, 2011, 19:28

Chetcuti bit-tieni midalja tiegħu din il-ġimgħa

Chetcuti bit-tieni midalja tiegħu din il-ġimgħa

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

L-Għawwiem Malti li hu bbażat f’Dubai Andrew Chetcuti reġa’ għamel isem lill-Għawm Malti meta l-Erbgħa filgħaxija rebaħ il-midalja tal-Bronż bit-tielet post li rreġistra fil-50 metru Freestyle. Hu rnexxielu jwaqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 23.67 hu b’hekk kiser ir-rekord Nazzjonali ta’ Ryan Gambin li kien twaqqaf f’Jannar tas-sena 2008 fil-Lussemburgu (23.73)

F’kummenti li ta’ wara l-premjazzjoni Checuti qal “Kont naf li ma nistax immur għall-ewwel żewġ postijiet għaliex l-avversarji kellhom ħinijiet aħjar minni. Kont naf ukoll li peress li huma itwal minni se nsiba diffiċli speċjalment fl-aħħar stretch f’din id-distanza qasira tal-50 metru”.

Kien hemm diżżappunt kbir għal-Nicola Muscat li għal 0.10 ta sekonda ma rexxieliex titla fuq il-podju u spiċċat ir-raba’ f’ħin ta’ 26.73 u kisret ir-record Nazjonali tagħha stess ta’ 26.93.

Ir-Riżultati kollha tal-Finali tal-lum:

Nicola Muscat 50 metru Free ir-raba’ f’ħin ta’ 26.73 – Record Nazzjonali

Andrew Chetcuti 50 metru Free it-Tielet Bronze f’ħin ta’ 23.67 kiser ir-record Nazzjonali ta’ Gambin.

Edward Caruana Dingli 200 metru Free spiċċa s-sitta f’ħin ta’ 2:00.25

Nisa 4 x 100 Medley spiċċajna l-ħames f’ħinta ta’ 4:39.86

Irġiel 4 x 100 Medley spiċċajna r-raba’ 4:00.50 kisru r-record Nazzjonali b’ħames sekondi.





Leave a comment