Andre’ Schembri jħalli lill-Ferencvaros u jmur il-Greċja

Thursday, July 7, 2011, 13:41

minn Sandro Micallef

Tmienja u erbgħin siegħa wara li l-goalkeeper internazzjonali Malti Justin Haber ingħaqad mal-Club ta’ Corfu fil-Greċja, il-kollega tiegħu li fl-istaġun li għadda kienu jilgħabu flimkien ma’ Ferencvaros Andre’ Schembri, iffirma ma’ Olympiakos Volos.

Andre' Schembri wara l-iffirmar tal-kuntratt

Dan it-team li fl-istaġun il-ġdid se jilgħab fis-Super Liga Griega talab speċifikament lill-Andre’ jiffirma mingħajr iktar dewmin u hekk filfatt għamel il-player li mar il-Greċja fis-siegħat li għaddew u ffirma kuntratt ta’ żewġ staġuni fejn hu mifhum li se jkun qed ikollu paga aħjar milli kellu fix-xahar fl-Ungerija.

Bħalissa fil-Greċja apparti l-inkwiet politiku u l-instabilita’ fil-Belt Kapitali Ateni hemm problemi kbar ta’ allegazzjonijiet ta’ koruzzjoni fil-Football u allura ħafna Clubs iddeċidew li jinvestu f’iktar barranin. Schembri sa gimgħatejn ilu kien qed jinteressa lit-team Taljan ta’ Chievo.

Minbarra Schembri Volos iffirmaw ukoll player il-player taljan Cascio u l-player Serb Obert.





Leave a comment