Andorra superjuri ghall-Maltin

Saturday, July 10, 2010, 23:35

minn Colin Schembri

Andorra 82

Malta 60

(28-14)(16-17)(13-16)(25-13)

Fis-semi-finali tal-Kampjonat Ewropew Detur tal-FIBA Divizjoni C it-team nazzjonali Malti tall-irgiel laghab fis-semi-finali kontra Andorra. Andorra kienu ghadhom bla telfa f’din il-kompetizzjoni u kkonfermaw il-qawwa taghhom kontra t-team Malti b’run qawwija lejn tmiem l-ewwel sessjoni. B’din ir-run huma fethu vantagg ta’ 14 il-punt u minkejja l-isofrzi tat-team Malti qatt ma dehru fil-periklu li jistaw jitilfu l-partita. Il-bidu tal-Maltin kien inkoragganti meta punti minn Michael Naudi poggewna fuq quddiem pero Andorra gharfu juzaw il-velocita taghhom u s-shooting perfett minn barra specjalment ta Xavier Galera u David Marin. Wara li fit-tmiem l-ewwel sessjoni Andorra kienu 14 minn fuq 28-14, it-team Malti prova jaghmel reazzjoni fit-tieni wahda fejn beda jidher iktar Samuel Deguara pero Casals u De Oliviera baqaw iwiegbu ghall-Andorra u l-izvantagg fill-half-time nizel biss b’punt 44-31.

Fit-tieni sessjoni il-Maltin baqaw agressivi fid-difiza tant li hallew lil Andorra b’l-inqas puntegg tal-partita. Pero minkejja dan fl-attakk it-team Malti ma kienx qawwi bhal ma kien fil-partiti precendenti b’Jackson immarkat tajjeb ferm minn Olcina u bi Steve Schembri u Michael Naudi fuq il-bank. Malta xorta rebhet is-sessjoni 16-13 pero kien ghad hemm 10 punti jifirdu liz-zewg timijiet 57-47. Dan id-distakk dahhal it-tama fil-players Maltin pero bidu qawwi minn Andorra malajr ra l-vantagg jerga jikber ghalihom hekk kif punti konsekuttivi minn Marin u Gabriel rawhom jergaw jinqataw fuq quddiem. Il-coach Malti Bruno Di Pietrantonio iddecieda li jdawwar il-players bill-hsieb tal-finali ghat-tielet u r-raba’ post u Andorra hargu rebbieha 82-60.

Andorra: D. Mofrieta, P. Gabriel, A. Farfan, X. Galera 16, G. Colom, O. Fernandez 3, M. Hcini, D. Marin 17, J. Olcina 6, F. De Oliviera 15, C. Gabriel 15, R. Casals 10

Malta: Michael Naudi 8, Roderick Vella 2, Isaac Tanti, David Bugeja, Steve Schembri 2, Dirk Schembri 4, Peter Shoults, Darryl Jackson 17, Addison Bonnici 4, Kristin Baldacchino 3, Nigel Sultana 3, Samuel Deguara 17.





Leave a comment