Analiżi Tal- Kampjonat BOV Premier

Tuesday, December 4, 2012, 22:40

minn Josef Galdes

 

Minħabba l-fatt li l-kampjonat Premier jinsab wieqaf minħabba l-kompetizzjoni tat-trophy illum ideċidejt li nagħti daqsxejn ta’round up ta’ x’ġara s’issa fl-ogħla kampjonat li joffri l-football Malti. Waqfa li tista tirrifletti tajjeb għall-timijiet li ma tantx huma għaddejin tajjeb bħal Valletta, Floriana, Rabat u Melita. Timijiet li kienu għaddejjin minn serie pożittiva bħal Hibernians, Birkirkara u Mosta ftit li xejn jieħdu gost bil-waqfa. Iżda ejja induru dawra individwali lejn it-tnax –il team b’mod individwali. Kampjonat li s’issa huwa ibbilanċjat ħafna speċjalment fil-quċċata tal-klassifika fejn hemm tlett timijiet b’distakk ta’żewġ punti biss.

 

Ma jistax jonqos li nibdew bit-team li qed jillidja l-klassifika Birkirkara fejn minkejja li kellhom mumenti negattivi u soffrew telfa iktar mir-rivali Valletta huma irnexxilhom jakkwistaw rebħa aktar minnhom. Punt vantaġġ f’dan l-istadju ma jfisser xejn, minħabba li kif tafu fadal ħafna u anki għad iridu jinqasmu l-punti, iżda dan il-punt bla dubbju jqawwi l-qlub tal-karkariżi u jagħtihom kuraġġ ta’ sur. Le skużawni kuraġġ ta’tigra li qed tiġġieled kontra l-iljun.

 

 

Valletta li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika irnexxilhom jitilfu l-ewwel post minħabba l-fatt li f’dawn l-aħħar erba’ logħbiet irnexxilhom jakkwistaw 3 punti biss.. Huma ġejjin minn tlett draws infila kontra Rabat, Balzan u Sliema u telfa xejn mistennija kontra Mosta. Żgur li l-Beltin jinsabu diżappuntati bil-punti mitlufa kontra Rabat u Balzan. X’wassal lit-team ta’Miller li jitlef dawn il-punti. Tgħid Miller qed ikun strett wisq fil-kritika tiegħu waqt it-taħriġ mal-players. X’inhi r-raġuni li Mifsud ftit li xejn qed ikun inkluż fl-iskwadra? Żgur li Valletta iridu jitjiebu u jinbidlu drastikament. Tgħid f’Jannar il-barranin ser jibqgħu mal-kapitali jew ser jinbidlu?

 

 

It-team li jinsab fit-tielet post tal-klassifika Hibernians jinsabu biss 2 punti taħt il-leaders Birkirkara. Il-pagun beda mill-ewwel juri l-intenzjonijiet tiegħu u irnexxilu jakkwista 3 rebħiet minn daqstant partiti. Hibernians minkejja li mingħajr ħafna daqq ta’ trombi jistgħu jiċċelinġjaw għall-kampjonat, iżda nixtieq li inkun realistiku u ngħid li aktar huwa possibli li jerbħu post fl-Ewropa. Ma nixtieqx li nitfa pressjoni żejda fuq il-Pawlisti iżda nixtieq ngħid li huma s-sorpriża pożittiva tal-kampjonat s’issa.

 

Mosta fis-sajf kienu l-iktar team li investa fi trasferimenti ta’players fil-football Malti, b’akkwisti bħal Justin Haber, Daniel Bogdanovic, Zongo u oħrajn. Iżda fil-magħmudija tal-kampjonat il-Mostin ħadu l-ewwel daqqa ta’ ħarta fejn tilfu kontra Hibernians u bdiet il-kritika ta’ bosta ġurnalisti u partitarji. Iżda l-Mostin ma ħarsux lura tant li komplew bix-xogħol aqli tagħhom u sa qabel il-waqfa irnexxilhom jagħtu l-ewwel telfa liċ-ċhampions Valletta. Mosta huwa team li ukoll jista jiġġieled għar-rebħ tal-kampjonat minħabba l-element ta’players li hemm u pankina twila. Sinċerament ma inkunx sorpriż jekk dan iseħħ ċert ukoll li Mosta jkun wieħed mit-timijiet li jidħol fl-Ewropa.

 

Tarxien

 

Team li impressjona u ftit stennew li f’dan l-istadju Tarxien kienu ser ikunu fil-ħames post. It-team tal-qawsalla jinsab punt biss il-bogħod mir-raba post u dan juri il-qawwa u l-kollettiv tar-redus. Players bħal Bueno għadhom jagħmlu d-differenza f’dan it-team. Minkejja li huma bdew b’żewġ telfiet kontra Valletta u Sliema fejn ħafna stennew li ser ikunu qed jiġġieldu kontra relegazzjoni, kellhom riżultati pożittivi immens speċjalment rebħiet konvinċenti kontra Mosta, fl-ewwel round u kontra Sliema fit-tieni, u draws prestiġjużi kontra Hibernians u Valletta. Prosit Tarxien!!

 

Sliema

Minkejja li Sliema kellhom sajf diffiċli speċjalment fit-tmexxija tal-club u mingħajr ħafna infieq żejjed huma għandhom post komdu ħafna fil-klassifika jistg]u ukoll jippruvaw jerbħu post fl-Ewropa. Team li għaddej minn tranżizzjoni. Kellhom diversi problemi iżda għarfu jinsew kollox fil-pitch u ħadu punti importanti immens fejn saħansitra jinsabu fis-sitt post żewġ punti bogħod mir-raba. Keep it up Blues!!

 

Balzan

 

Team ieħor li qed jimpressjonani, u jinsab bejn in-nhar u l-ilma. Iva bejn Championship u relegation pool, eżatt mal-border. Żgur li jinsabu ftit punti bogħod mis-salvazzjoni iżda li tilgħab fic-championship pool għall- team bħal Balzan bla dubbju huwa ta’prestiġju enormi. Il-coach tagħhom Ivan Żammit jew aħjar kif inhu magħruf is-sei, inqabblu ħafna mal-atteġjament ta’Mourinho. Fejn hu l-uniku coach li joffri l-football Malti li kapaċi jneħħi l-pressjoni minn fuq il-players u jitfaha fuqu. Ara ma jkunx hawn xi bravu jaħseb li ser jerbaħ dak li rebaħ Mourinho. Iżda……

 

Qormi

 

Dan hu wieħed mit-timijiet li għadda mir-rebus ta’coaches u jinsab f’pożizzjoni kritika fil-klassikifika u ser tkun diffiċli għalih li jevita relegation pool, minkejja li jinsab ftit punti bogħod. Qormi iridu jirranġaw ħafna speċjalment fix-xahar tat-trasferimenti jekk iridu jirranġaw il-klassifika, żgur li iridu jissaħħu. Iżda finanzjarjament fejn jinsabu Qormi, jistgħu jeffordjaw li jinvestu l-flus f’iktar players??

 

Floriana u Ħamrun

Dawn iż-żewġ timijiet tfajthom fl-istess linja, fejn minkejja li hemm tlett punti jifirduhom huma d-diżappunt totali tal-kampjonat. Floriana mindu biddlu l-coach irnexxilhom jieħdu rebħa waħda biss u kumbinazzjoni f’dik il-partita l-avversarju spiċċa jilgħab b’10 players. Ħamrun min-naħa l-oħra soffrew l-ikbar telfa tal-kampjonat s’issa fejn qalgħu 8 goals kontra l-Belt. Żewġ timijiet li personalment stennejt aktar minnhom. Żewġ timijiet fuq l-istess keffa u żewġ timijiet li s’issa għadhom ma sabux saqajhom u jidher li hemm xi wħud li jista jkun li ramew ix-xugaman bħal Jeffers tal-Floriana.

 

Melita u Rabat

 

Żewġ timijiet li ukoll tfajthom fl-istess keffa għax kif qed jindika jidher li ser ikunu destinati għar-relegazzjoni. Ogħġobni l-entużjamu ta’dawn it-timijiet anki jekk Rabat għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom iżda l- punt li ħadu lil Belt mhux ser jinsewhx malajr. Minkejja l-limitazzjonijiet tagħhom taw logħba lil kulħadd. Fil-football kollox jista jiġri iżda naħseb li minkejja li ninsabu f’Diċembru ngħidilkom better luck next time.





5 Comments

  1. Massimo says:

    Ghalkemm li ktibtlek ma gibtux xorta ergajt ha niktiblek xi haga ghall gid tal football malti.ahjar tkompli tbieh il Vazuni fuq it tv milli terga tibda taqa ghac cajt kif diga ghamilt Sur Galdes tal Vazuni.

    [Reply]

  2. gii says:

    mela dan galdez gurnalist?? dak al xi reklam tajjeb al teleshopping,,,,,,,,

    [Reply]

  3. alfred says:

    xigifieri tajd li l-furjana rebhu kumbinazzjoni mas-sliema ghax tkecca player? l-ewwel haga l-furjana 11 kontra 11 diga kienu 1-0 minn fuq u t-tkeccija ta bonello giet ghax kienet azzjoni cara ta tieni goal meta brooke farrugia kien gej lasta vojta u waqqaw. it-tieni haga jekk trid tkun korrett dakinhar sliema spiccaw b’disa players ghax tkecca mark scerri fuq l-istess brooke farrugia li sal-lum ghadu imwegga minhabba dak il-foul. it-tielet jeffers jista jkun rema x-xugaman forsi ghax jara kbir imma ahna l-furjanizi u t-team u l-players zgur li le ghax fl-ahhar erba loghbiet gew tlett rebhiet u draw u jidher car li stephen azzopardi qed jibda jsib il-forma lit-team. fl-ahharnett tista titfa lill-furjana u hamrun fl-istess keffa mhux problema pero gimgha ilu l-furjana rebhu 2-0 mal-hamrun u urew futbol sabih u ferm ahjar minn hafna timijiet ohrajn li qedin aktar il-fuq fil-klassifika. ghamel xoghlok sew galdes!

    [Reply]

  4. Cc says:

    Kenm int injorant Galdes…. Listesss bqajt bhal meta kont edt li Yala Bolasie li kien player ta Floriana ma kien ta kalibru tajjeb ghal Malta u llum il gurnata ed jimpressjona hafna ma Cyrstal Palace…. Jalla titghallem naqa u ma tibqax tghix f’dinja ohra !

    [Reply]

  5. Ahdar sal-mewt says:

    Sur Galdes,

    Floriana taht stephen hadu 3 rebhiet 2 tal-league(Sliema u Hamrun) u wahda tat-trophy ( Melita). U correction ohra hi li meta laghbna kontra sliema spiccaw b 9 player u mhux b 10! U ma naqbel xejn li tfajt il-Floriana u l-Hamrun fl-istess keffa ghax meta gimghatejn ilu kien hemm il konfront dirett il-Hamrun lanqas biss bdew ma team tal-Furjana fejn l-anqas xutt 1 ma taw fil-lasti ta Warner! Qabel ma tikteb ghamel double check ghal-gid tal-futbol malti u ghal-gid ta din il-pagna!

    [Reply]

Leave a comment