AME Cup Mosta jeghlbu lil Tarxien

Tuesday, July 23, 2013, 9:56

Minn Stephen Azzopardi

Mill-bidu tal-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet kienu ferm attenti għal xulxin.  Tarxien kellhom ħinijiet twal bil-pussess tal-ballun, filwaqt li Mosta kienu tajbin ħafna biex iddefendew.  Għalhekk fl-ewwel taqsima, l-iskor baqa’ ma nfetaħx.

It-tieni taqsima dehret li se tkun ripetizzjoni tal-ewwel waħda fejn il-livell tal-logħob naqas xi ftit.  Ftit li xejn kellna azzjonijiet perikolużi u kollox beda juri li din il-logħba kienet se tmur ukoll għall-għoti tal-penalties.  Iżda għaxar minuti mit-tmiem, Mosta fetħu l-iskor.  Kien il-plejer Cristian Fernandez li għeleb lill-gowler Anthony Curmi u ta rebħa importanti lil Mosta.

Wara li ntlagħbu l-ewwel żewġ logħbiet minn Grupp A, Mosta għandhom 3 punti, Balzan għandhom 2 punti għax rebħu bil-penalties, Naxxar Lions għandhom punt għaliex tilfu fl-għoti tal-penalties u Tarxien bla punti.





Leave a comment