Ambulanza fil-ground please !!

Sunday, January 30, 2011, 12:33

minn Josef Galdes.

 
Mhux biżżejed li jkollna ambulanza fil-grounds fejn jintlagħab il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni. Dan minħabba l-fatt li f’dawn l-aħħar  ġimagħtejn f’żewġ partiti differenti tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni żewġ plejers differenti seta’ kellhom konsegwenzi aktar gravi. Fosthom il-ġimgħa l-oħra Matthew Borg plejer ta’ Birżebbugia li tah ħass ħażin u fi tmiem din il-ġimgħa Victor Bellia captain ta’ Naxxar Lions kellu inċident ikrah f’daqqa ma’ plejer partikolari (Abela). Żewġ każijiet li setgħu kienu fatali.

Personalment niġi naqa’ u nqum minn min se jħallas għall-ispejjeż tal-ambulanzi minħabba l-fatt li ħajja ta’ bniedem hija imprezzabli u jekk tmur ma terġax tiġi. Jekk allaħares qatt jiġri dan min ser ikun responsabbli? Il-President tal-MFA? L-amministrazzjoni tal-MFA? L-eżekuttiv? Il-Kumitati tal-clubs? Is-supporters? Mela ejja npoġġu bilqiegħda u niddiskutu u naraw kif se nieħdu ħsieb is-saħħa ta’ kull plejer f’liema diviżjoni tkun… ta’ kull settur… tal-iktar sports li nħobbu. F’din il-logħba jintefqu eluf ta’ ewro, billi nonfqu ftit ewro oħra biex nieħdu ħsieb is-saħħa ma nkunu qed nagħmlu xejn ħazin.





1 Comment

  1. CLINTON says:

    GHAJDILHOM GALDES MINAJREK MEJJET IL FOOTBALL :P

    [Reply]

Leave a comment