Amadou Samb ta’ Gżira United ġie vvutat il-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2017

Tuesday, October 10, 2017, 13:36

L-attakkant tas-Senegal daħal bis-saħħa fil-Kampjonat BOV Premier meta skorja f’kull waħda mill-ewwel sitt partiti tal-Gżira f’dan l-istaġun, biex it-total ta’ gowls tiegħu issa tela’ għal 8 u jinsab fil-quċċata tal-lista tal-iskorers.

Huwa sab ix-xibka darbtejn kontra Hibernians, ir-rebbieħa attwali tal-aħħar kampjonat. Wara li skorja minn penalty fil-21 minuta, Samb seraq il-ballun mingħand is-sostitut Joseph Mbong b’mossa impressjonanti u ħalla lill-gowler tal-Hibs Hogg mingħajr l-ebda ċans li jsalva b’xutt angolat mix-xellug.

Patricia Cutajar, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Gżira tal-Bank of Valletta ppreżentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2017 lil Amadou Samb fil preżenza ta Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-BOV. Samb għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment