Alyssa Ashley Loyola u Hibernians fil-finali

Wednesday, November 9, 2011, 10:40
Hibs vs Luxol

Hibs vs Luxol

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Alyssa Ashley Loyola  59

Athleta 43

(10-13)(20-12)(17-8)(12-10)

Alyssa Ashley Loyola għelbu lil Athleta 59-43 fis-semifinali tas-Saint James Hospital Shield biex għat-tieni sesna konsekuttiva waslu fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni. Loyola inkludew fl-iskwadra lil player barranija tagħhom, il-Belġjana Laura Denooz. Għall-Athleta lagħbet għall-ewwel darba Madeleine DeMartino u rritornat il-Polakka Alexandra Ratomska li tilfet l-aħħar partita. Athleta bdew tajjeb bil-punti ta’ Leanne Sciberras u fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 11-4. Loyola naqqsu d-distakk wara punti minn Denooz u Abigail Sciberras pero’ Athleta temmew is-sessjoni 13-10 minn fuq. Fil-ftuh tat-tieni perjodu, Loyola għamlu run ta’ 9-0 biex ħadu vantaġġ 19-13. Athleta reġgħu ġew viċin b’aktar punti minn Sciberras u Ratomska. Punti minn Emma Moore u Christina Grima raw lil Loyola jidħlu jistrieħu 5 minn fuq 30-25.

Sa nofs it-tielet sessjonim it-team ta’ Charles Bonnici rnexxielhom jibqgħu viċin ta’ l-avversarji 33-37. Pero’ lejn it-tielet perjodu u l-bidu tar-raba’ Loyola għamlu run qawwija ta’ 18-0 b’Moore u Grima jispikkaw. B’hekk huma fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 55-33. Athleta setgħu biss jagħmlu run ta’ 10-4 biex inaqqsu xi ftit l-iżvantaġġ għal skor finali ta’ 59-43 għal Loyola.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 16, C. Grima 19, J. Doughty 3, L. Denooz 10, D. Hollier 2, K. Tonna, K. Borg, J. Mangion 3, A. Sciberras 4, S.J. Barbara 2.

Athleta: R. Sciberras, A. Ratomska 11. D. Jager, L. Calleja 4, L. Sciberras 20. M. Azzopardi Duca, G. Muscat, D. Mckeon, C.Ciantar 2, C.Mifsud, K. Busuttil 3, M. De Martino 3.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Hibernians 51

Luxol 45

(12-11)(15-11)(12-8)(12-15)

It-tieni finalisti tas-Saint James Hospital Shield se jkunu Hibernians wara li fis-semifinali għelbu lil Luxol 51-45 biex b’hekk se jkollna ripetizzjoni tal-finali tas-sena li għaddiet. Hibs inkludew lil player Amerikana tagħhom Lena Gipson u rkupraw lil Alexis Cutajar. Luxol kellhom it-tieni barranija tagħhom l-Ispanjola Clementina Boena Medina pero’ kienu mingħajr Louisa Serge. Il-partita kellha bidu kwiet tant li wara sitt minuti kien hemm parita ta’ 4-4. Hibs marru fuq quddiem wara trippla ta’ Nadia Arrigo. Luxol ħadu vantaġġ wara run ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Beverlee Zammit pero’ l-aħħar basket kien ta’ Kirsten Baldacchino biex Hibs temmew is-sessjoni 12-11 minn fuq. Luxol reġgħu ippareġjaw fit-tieni minuta tat-tieni sessjoni pero hawn bdew ġejjin ir-rebounds u l-punti ta’ Gipson li taw spinta lil Pawlisti li għamlu run ta’ 13-0 tant li Luxol għajtu żewġ time-outs. Sa’ l-intervall Luxol naqqsu d-distakk wara trippla tal-You Shop We Ship player tax-xagħar Becky Naudi 22-27.

Fit-tielet sessjoni Luxol komplew inaqqsu d-distakk bi trippla ta’ Mando Sciortino u baqgħu kontinwament tlett punti taħt l-avversarji. Huma qatt ma rnexxielhom imorru oltre minn hekk u Hibs għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets ta’ Gipson u ieħor minn Joselle Cardona biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 39-30. Hibs komplew jinqatgħu mill-avversarji fir-raba’ sessjoni u bi trippla rari ta’ Maria Desira fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt 46-32. Luxol ippruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita b’run ta’ 12-3 pero’ l-ħin kien kontra tagħhom biex Hibs ħarġu rebbieħa 51-45.

Hibernians: J. Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina, M. Desira 7, K. Gatt, A. Cutajar 1, N. Arrigo 4, K. Baldacchino 7, J. Cardona 12, L. Gipson 20.

Luxol: S. Pace 4, M. Sciortino 5, L. Vella, B. Naudi 7, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 5, K. Portelli, A. Paul 6, D. Muscat 8, L. Chetcuti, C. Boena Medina 7, B. Zammit 6.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

FINALI: Alyssa Ashley Loyola vs Hibs – Il-Ħadd 13 ta’ Novembru fit-14:45





7 Comments

  1. FORZA BLUES says:

    The crux of the matter is not who pays but what is bieng done to improve the standard of referreeing. No offense meant but we should use the same mentality when foreigners were introcued. Playing with and against foreigners every week and trainign with them on a regular basis improve the level of the local players as players are fed up playign agaisnt the same Maltese players, who they know inside out, week after week.
    Finance is always a problem but if clubs can find the required funds for such foreign players why cannot the MBA do likewise.

    [Reply]

  2. Ging says:

    No match??? Hope u where there to watch the game… Have a nice afternoon.. The no match girls are off to celebrate their win… Cerio :) !

    [Reply]

  3. Ruth Spiteri says:

    Hibs will be favorite……….. But we will be there next sunday at 2.45 and we’ll give it our best shot :)

    [Reply]

  4. FORZA BLUES says:

    All teams are getting foreigners, sneiors and juniors, male and female……and now it is the turn of the MBA to insist of getting foreign referees!!!!

    [Reply]

    RAMBO Reply:

    U min sa jhallas ? ax ir referees maltin ghadhom ma thalsux , u lahhar li thalsu baqghu b 15% inqas fil but, u dan wara 6 xhur .

    [Reply]

  5. louis mizzi says:

    Hibs are the favorite………..the American is great under the ring. No match to any of the Loyola girls. Will Loyola get another player from abroad for the League as Denooz is here for a short spell i have been told ?? All top teams got some one.

    [Reply]

    K Borg Reply:

    No Match to any of the loyola girls ?
    i think we did a pretty good job ! :D

    [Reply]

Leave a comment