Alyssa Ashley Loyola lura għar-rebħ b’rebħa fuq iċ-champions

Thursday, March 1, 2012, 22:17

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Hibs Melita Gardens 54

Honey Athleta 41

(13-9)(11-16)(22-10)(8-6)

 

Loyola vs Luxol

Loyola vs Luxol

Hibs Melita Gardens komplew jirkupraw il-punti fil-kampjonat meta għelbu lil Honey Athleta 54-41. Athleta żammew il-pass ma’ l-avversarji sal-mistrieħ fejn saħansitra daħlu minn fuq. Pero’ press minn Hibs fit-tielet perjodu ħalliet il-frott mixtieq. Iż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom biż-żagħżugħa ta’ Hibs Julia Scerri tibda ma’ l-ewwel ħamsa. Il-punti damu xi ftit ma ġew u wara li Athleta marru fuq quddiem bi trippla ta’ Aleksandra Ratomska, Hibs għamlu sitt punti mingħajr risposta. Ratomska ppareġjat bi trippla oħra pero’ Lucienne Bezzina wkoll għamlet trippla għal Hibs li temmew is-sessjoni 13-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Athleta ppareġjaw 14-14 wara żewġ minuti. Bezzina għamlet trippla oħra pero Kelly Busuttil rrispondiet għal Athleta għal parita 18-18. Wara żewġ baskets ta’ Hibs, Athleta għamlu run ta’ 7-2 bi trippla ta’ Leanne Sciberras biex daħlu jistrieħu 25-24 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Hibs bdew jipressaw u għamlu runs ta’ 6-0 u oħra ta’ 12-2. Minkejja li Busuttil wieġbet bi trippla għal Athleta, Hibs fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 46-35. L-aħħar sessjoni kienet ta’ skor baxx u Athleta ppruvaw jerġgħu jiftħu l-partita b’punti minn Ratomska u Lonnecke Calleja. Hibs pero’ wieġbu permezz ta’ Lena Gipson u Nadia Arrigo biex rebħu l-partita 54-41.

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 6, M. Zammit, L. Bezzina 12, F. Mifsud, M. Desira 2, K. Gatt, N. Arrigo 8, K. Baldacchino 4, J. Cardona 8, L. Gipson 14.

Honey Athleta: M. DeMartino 3, A. Ratomska 10, C. Ciantar 2, L. Calleja 2, L. Sciberras 7, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia 6, K. Busuttil 10, C. Mifsud 1.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

 

Phoenix Mendoza Qormi 25

Starlites Sports Experience 47

(4-8)(9-14)(7-12)(5-13)

 

Starlites Sports Experience kisbu l-ewwel rebħa ta’ l-istaġun meta f’konfront dirett għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 47-25. Phoenix kienu bil-formazzjoni solita tagħhom pero’ Starlites kellhom xi tibdil importanti. Għall-ewwel darba huma kellhom lil Dorien Jaeger u lil Lara Pisani pero’ kienu nieqsa Christine Spiteri u Marie Claire Cilia. Ta’ min jammira l-fatt li minkejja l-pożizzjoni fil-klassifika ż-żewġ timijiet jippreżenaq formazzjoni bi 12 –il player, xi ħaġa li mhux dejjem issir minn timijiet iktar ikkwotati. Intant il-partita bdiet b’ritmu baxx tant li f’nofs is-sessjoni Starlites kienu 6-0 minn fuq. Phoenix wieġbu b’żewġ baskets b’Ariana Grixti tirrispondi għal Starlites li temmew is-sessjoni 8-4 minn fuq. Phoenix ippareġjaw wara l-ewwel tlett minuti tat-tieni sessjoni pero’ Starlites reġgħu ħadu vantaġġ bl-ewwel punti ta’ Jaeger. Nicola Said għamlet trippla għal Phoenix pero’ Starlites għamlu run ta’ 8-0 li rathom jidħlu jistrieħu 22-13 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Phoenix bdew b’basket ta’ Vanessa Agius bi Starlites iwieġbu b’run ta’ 10-0 b’diversi punti minn Samantha Tabone. Phoenix għamlu break qasir ta’ 5-2 biex naqqsu d-distakk 20-34. Fl-aħħar sessjoni Phoenix waslu sa 12 –il punt ‘l bogħod 24-36 pero’ hawn wasal break ta’ 11-0 minn Starlites b’Amanda Farrugia tispikka. Dan wassal biex Starlites ħadu l-partita f’idejhom tant li ħarġu rebbieħa b’distakk ta’ 22 punt 47-25.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 3, V. Agius 4, F. Micallef, C.Gauchi Meilak 6, D. Zammit, M. Agius, N. Said 13, M.R. Agius, H. Potigny 2, C.M. Vella, A. Camilleri, L. Mifsud.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 14, C. Riolo 4, A. Grixti 8, S. Tabone 10, S. Cutajar, D. Jaeger 6, L. Pisani, L. Pirotta, N. Attard, S. Davies, C. Scicluna 3, M. Cutajar 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Alyssa Ashley Loyola 66

Luxol 56

(12-21)(15-12)(20-18)(19-5)

 

Alyssa Ashley Loyola rritornaw għar-rebħ u għamlu dan f’partita mportanti kontra c-champions Luxol meta ħarġu rebbieħa 66-56. Għal Luxol din kienet l-ewwel telfa tal-kampjonat biex issa huma biss McDonalds Depiro li għadhom bla telf fil-kampjonat. Loyola kellhom nieqsa lil Sandra Schembri Wismayer fil-waqt li għal Luxol irritornat Amelie Paul pero’ kienet nieqsa Lara Chetchuti. Għal darb’oħra l-players ta’ Ruth Spiteri ġew minn wara hekk kif Luxol bdew bi break ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Greta Zarb. Loyola wieġbu bil-baskets ta’ Christina Grima u SammyJo Barbara pero’ Luxol kienu li temmew is-sessjoni 21-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu Loyola bdew inaqqsu d-distakk hekk kif l-Amerikana Desarae Johnson daħlet iktar fil-logħba. F’nofs is-sessjoni Luxol kienu 5 minn fuq 25-27 u kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Robin Murphy. Il-player Amerikana għamlet ħames punti konsekuttivi biex fl-intervall Luxol kienu għadhom fuq quddiem 33-27.

Wara l-mistrieħ Luxol reġgħu kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Murphy u Zarb b’Loyola jwieġbu permezz ta’ Grima u Abigail Sciberras. Luxol fetħu vantaġġ ta’ 9 punti wara trippla ta’ Beverlee Zammit 51-42 qabel ma Grima għamlet 5 punti oħra biex fi tmiem is-sessjoni d-distakk reġa’ niżel għal 4 punti 47-51. Loyola wettqu s-sorpass fl-ewwwl 4 minuti ta’ l-aħħar sessjoni bi break ta’ 7-0 bir-risposta ta’ Luxol tasal minn Mandi Sciortino b’basket fil-ħames minuta. Loyola pero’ komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ Johnson u Grima bil-Luxol weqfin għal kollox. Loyola għalqu l-partita b’run oħra ta’ 9-3 biex ħarġu rebbieħa 66-56.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 2, C. Grima 25, J. Doughty, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonanno 2, J. Mangion, A. Sciberras 8, S.J. Barbara 9, D. Johnson 20.

Luxol: S. Pace 11, M. Sciortino 4, C. Boena Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 9, P. Ellul, R. Murphy 23, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 7.

Referees: Brian Sly, Robert Darmanin

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

5

5

0

10

330

227

Alyssa Ashley Loyola

5

4

1

9

341

251

Luxol

5

4

1

9

374

244

HibsMelita  Gardens

6

3

3

9

383

262

Athleta

5

1

4

6

269

288

Starlites Sports   Experience

5

1

4

6

178

312

PhoenixMendoza  Qormi

5

0

5

5

110

401

 





Leave a comment