Alyssa Ashley Loyola jsaħħu posthom

Wednesday, February 13, 2013, 22:25

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

….minn Colin Schembri

Honey Athleta 50

Depiro 73

(14-18)(12-14)(12-23)(12-18)

 

Ftit ġranet wara li eleminawhom mit-tazza Louis Borg, Depiro għamlu d-double fuq Honey Athleta fil-kampjonat meta ħarġu rebbieħa 73-50. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin. Athleta kienu mingħajr Madeline De Martino, Leanne Sciberras u Gulia Muscat u Depiro kellhom nieqsa lil Francesca Biancho, Samantha Brincat, Martina Mifsud u Christabelle Camilleri. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ wara three pointers minn Aleksandra Ratomska u Lonnecke Calleja. Depiro wieġbu b’run ta’ 8-2 b’baskets minn Latisha Belcher u Svetlana Micallef biex ħadu l-vantaġġ 14-10. Is-sessjoni ntemmet b’basket fuq kull naħa biex Depiro żammew il-vantaġġ 18-14. Baskets minn Belcher u Steffi De Martino kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro fil-ftuħ tat-tieni sessjoni. Ratomska wieġbet b’4 punti għall-Athleta għalkemm kien hemm żewġ baskets oħra ta’ Depiro. Żewġ baskets ta’ De Martino taw vantaġġ ta’ 10 punti lil Depiro pero’ qabel l-intervall Athleta kellhom il-punti ta’ Calleja u Edwina Vella għal skor ta’ 32-26.

Wara l-mistrieħ, Depiro bdew bi break ta’ 13-2 bi trippla ta’ De Martino flimkien ma’ baskets minn Beverlee Zammit u Belcher. Ir-risposta tal-Athleta waslet biss minn Ratomskali kellha wkoll trippla qabel ma Belcher għamlet 4 punti oħra għal skor ta’ 55-38. L-aħħar sessjoni bdiet bil-punti ta’ Belcher u Gaby Mifsud għal Depiro. Hawn Athleta kellhom fażi tajba bi break ta’ 8-2 bil-punti ta’ Sharon Vella biex naqqsu d-distakk. Depiro temmew il-partita b’run ta’ 9-2 bi trippla oħra ta’ De Martino biex rebħu l-partita 73-50.

 

Honey Athleta: S. Vella 5, A. Ratomska 25, J. Xuereb, L. Calleja 8, E. Vella 10, R. Sciberras, M.C. Cilia, C. Ciantar, C. Mifsud 2.

Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 2, S. De Martino 26, M. Scicluna 3, L. Belcher 22, S. Micallef 6, B. Zammit 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Luxol 62

Starlites Sports Experience 27
(19-3)(11-9)(10-4)(22-11)

 

Kif mistenni c-champions Luxol ftit sabu diffikulta kontra Starlites Sports Experience biex jiksbu s-sitt rebħa tal-kampjonat 62-27. Luxol kellhom diversi players neqsin bħal Becky Naudi u Greta Zarb u waqt il-partita weġġat ukoll Sarah Pace. Il-coach Christoph Stolp utiliżża għal ħin twil diversi players żgħażagħ fejn anke l-Amerikana Mollie Williams ċediet postha għal ħin twil lil Clementina Medina. Starlites ukoll kellhom players neqsin bħal Amanda Farrugia, Charotte Riolo pero’ rkupraw lil Ariana Grixti. Luxol bdew bl-ewwel 12 –il punt tal-partita b’punti ta’ Mandi Sciortino u Williams. Hawn waslet l-ewwel risposta ta’ Starlites minn trippla ta’ Lindsey Pirotta qabel ma Lull għamlu sitt punti oħra bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty għal skor ta’ 19-3. Starlites fetħu t-tieni perjodu b’basket ta’ Marilou Cutajar pero’ Luxol wieġbu bi trippli ta’ Busuttil Gaerty. Pirotta reġgħat wieġbet għal Starlites qabel l-intervall u Luxol daħlu jistrieħu 18 minn fuq 30-12.

Fit-tielet sessjoni kellna nuqqas ta’ punti. Starlites bdew b’basket minn Grixti bil-Luxol iwieġbu b’baskets ta’ Sciortino u Medina. Wara tlett minuti bla punti, Luxol kellhom tlett baskets mingħajr risposta sa’ tmiem is-sessjoni biex żiedu l-vantaġġ 40-16. Fir-raba’ taqsima, Luxol kienu aħjar fil-logħob tagħhom hekk kif bdew iżidu fl-attakk. Punti minn Diana Muscat u Sciortino raw lil Luxol jagħmlu run ta’ 12-2. Starlites kellhom trippla oħra minn Pirotta qabel ma c-champions għalqu l-partita b’baskets ta’ Williams, Sciortino u Muscay għal skor finali ta’ 62-27.

 

Luxol: S. Pace1, M. Sciortino 18, C. Medina 4, J. B. Gaerty 11, P. Ellul, M. Williams 12, D. Muscat 14, K. Portelli 2.

Starlites Sports Experience: A. Grixti 4, S. Tabone 1, L. Pisani, S. Cutajar, S. Galea, L. Pirotta 15, N. Attard 2, C. Sammut 1, M. Cutajar 4.

Referees: Clive Terribile, Josef Attard

 

Alyssa Ashley Loyola 54

Hibs 51

(20-17)(15-12)(6-6)(13-16)

 

Fl-aktar partita bilanċjata ta’ tmiem il-ġimgħa, Alyssa Ashley Loyola għelbu lil Hibs b’distakk ta’ 3 punti 54-51. Emma Miire kienet nieqsa għall-Loyola fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Julia Scerri, Elena Cassar u Roberta Scerri. Permezz ta’ din ir-rebħa Loyola telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’logħba iktar minn Luxol. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ permezz ta’ Joselle Cardona pero’ Lyola bdew iwieġbu bit-three pointers ta’ Brietta Thomas.. Fis-seba’ minuta Hibs kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 13-7 pero’ Loyola għamlu run ta’ 9-0 b’iktar punti ta’ Thomas flimkien ma’ Adalia Bonanno u huma temmew is-sessjoni tlieta minnfuq 20-17. Loyola żammew il-vantaġġ sa’ nofs it-tieni perjodu qabel ma baskets minn Khadi Soune Sagna ippareġjaw il-partita 23-23. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Loyola kellhom break qasir ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 35-29 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm nuqqas ta’ punti fuq iż-żewġ naħat fuq skor baxx ta’ 6-6. Loyola għamlu l-punti tagħhom fl-ewwel ħames minuti minn Thomas, Bonanno u Kristy Tonna. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Nadia Mifsud pero’ fallew ukoll 4 freethrows biex id-distakk baqa l-istess fi tmiem il-perjodu 41-35 favur Loyola. Fl-aħħar sessjoni, Loyola bdew bi trippla ta’ Thomas bil-Hibs iwieġbu bi break qasir ta’ 6-2 biex fis-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal 5 punti 43-48. Punti minn Maria Desira u Mifsud raw lil Hibs jersqu iktar viċin fl-aħħar minuta. It-tmiem kien eċitanti hekk kif Loyola fallew il-freethrows pero’ huma kellhom il-ħin favur tagħhom u minkejja basket ta’ Sagna, Loyola rebħu l-partita 54-51.

 

Alyssa Ashley Loyola: K. Tonna 6, J. Doughty 2, M. Gatt, D.Said Hollier 5, L. Pace, A. Bonanno 4, J. Mangion 3, P. Montanaro, B. Thomas 28, SJ Barbara 6, F. Camilleri

Hibs: L. Bezzina 2, F. Mifsud, M. Desira 6, L. Micallef, A. Borg 2, N. Mifsud 10, E. Micallef 1, J. Borg Cardona 13, K. Soune Sagna 17

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

8

7

1

15

632

395

Alyssa Ashley Loyola

8

6

2

14

519

476

Luxol

7

6

1

13

503

350

Hibs

8

5

3

13

448

408

Honey Athleta

8

2

5

9

415

489

Phoenix Petrus Pizza Qormi

7

1

6

8

359

499

Starlites Sports Experience

8

0

8

8

291

550

 





Leave a comment