Alyssa Ashley Loyola jirbħu l-ewwel konfront dirett

Tuesday, January 10, 2012, 10:58

minn Colin Schembri.

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Phoenix Mendoza Qormi 13

Hibs Melita Gardens 73

(4-25)(2-20)(4-9)(3-19)

 

Depiro vs Starlites

Depiro vs Starlites

Hibs Melita Gardens bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat MSV Life b’rebħa faċli fuq Phoenix Mendoza Qormi 73-13. Kif juri l-iskor, Hibs iddominaw din il-partita sa’ mill-bidu tagħha u ftit li xejn sabu oppożizzjoni. Huma bdew b’run ta’ 8-0 b’Carina Gauchi Meilak twieġeb għal Phoenix. Hibs għamlu run oħra ta’ 11-0 bi trippla ta’ Lucienne Bezzina. Wara li Fiona Micallef għamlet it-tieni basket ta Phoenix, Hibs għamlu sitt punti oħra u temmew is-sessjoni 25-4 minn fuq. Hibs fetħu t-tieni sessjoni bu break ta’ 14-0 u fit-tmien minuta Phoenix għamlu l-uniku basket tagħhom. Sal-mistrieħ Hibs għamlu sitt punti oħra u daħlu jistrieħu 45-6 minn fuq.

Wara l-intervall il-punti naqsu minn naħa ta’ Hibs u wara li bdew b’run ta’ 7-0 naqqsu r-ritmu. Phoenix għamlu 4 punti biex Hibs temmew is-sessjoni 54-10 minn fuq. Ir-raba’ sessjoni bdiet b’iktar punti minn Hibs fi break ta’ 9-0. Fit-tmien minuta Phoenix wieġbu bi trippla ta’ Ann Camilleri pero’ sat-tmiem kienu Hibs biss li għamlu l-punti permezz ta’ Elena Cassar u Julia Scerri biex rebħu l-partita 73-13.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela, V. Agius, F. Micallef 4, C.Gauchi Meilak 6, V. Mifsud Tommasi, M. Agius, N. Said, D. Zammit, M. R. Agius, C.M. Vella 3, A. Camilleri 3, L. Mifsud.

Hibernians: J. Scerri 11, E. Cassar 11, F. Mifsud 5, L. Bezzina 3, M. Desira 16, K. Gatt 2, N. Arrigo 2, K. Baldacchino, J. Cardona 8, L. Gipson 15.

Referees: Steve Gouder, Robert Darmanin.

 

McDonalds Depiro 50

Starlites Sports Experience 28

(13-4)(10-9)(14-6)(13-9)

 

McDonalds Depiro wkoll fetħu l-kampjonat b’rebħa meta kif mistenni għelbu lil Starlites Sports Experience 50-28. Edwina Vella għadha nieqsa għal Depiro u Starlites kienu mingħajr Christine Spiteri u Stephanie Davies. Wara li Starlites għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Marilou Cutajar, Depiro wieġbu b’run ta’ 6-0. Wara li Cutajar għamlet basket ieħor, reġgħu kienu Depiro li bi break ieħor ta’ 7-0 għalqu s-sessjoni 13-4 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu xi ftit u wara freethrows ta’ Tina De Martino, Starlites wieġbu bi trippla ta’ Lyndey Pirotta. Wara xi minuti bla punti, Starlites għamlu 4 għal 1 ta’ Depiro li fl-intervall kienu 10 minn fuq 23-13.

It-tielet sessjoni bdiet bi trippla oħra minn Starlites permezz ta’ Marie Claire Cilia. Hawn Depiro għamlu run ta’ 10-2 fosthom trippla ta’ Francesca Biancho għal skor ta’ 33-18. Starlites ma setgħux iwieġbu ħlief bi freethrows ta’ Cutajar b’Depiro jagħmlu 4 punti oħra u jtemmu l-perjodu 37-19 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Biancho. Il-punti mbagħad reġgħu waqfu fuq iż-żewġ naħat għalkemm lejn it-tmiem Starlites naqqsu d-distakk b’sensiela ta’ freethrows. Basket ta’ Martina Mifsud għalaq il-partita favur Depiro fuq skor finali ta’ 50-28.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, J. Xuereb 2, S. Brincat 4, M. Scicluna, F. Biancho 10, T. De Martino 10, A. Borg 7, C. Sammut 2, M. Mifsud 2, S. Micallef, S. De Martino 6.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, C. Riolo 2, A. Grixti, S. Tabone 2, S. Cutajar 1, L. Pirotta 3, N. Attard 2, M.C. Cilia 5, C. Scicluna 2, M. Cutajar 7.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Alyssa Ashley Loyola  67

Athleta 66

(18-19)(12-8)(14-16)(23-23)

 

Fl-aktar partita missielta tal-ewwel ġurnata mil-kampjonat MSV Life, Alyssa Ashley Loyola  għelbu lil Athleta 67-66 bi freethrow ta’ Denise Hollier fl-aħħar 10 sekondi. Loyola kellhom lil Abigail Sciberras u Adalia Bonanno nieqsa u Athleta kienu mingħajr Dorien Jaeger u Dana Kckeon. Għall-Loyola dehret għall-ewwel darba Sandra Schembri Wismayer li kellha sehem importanti f’din ir-rebħa. Il-bidu tal-partita  kien kwiet bl-Athleta jiftħu bi trippli ta’ Aleksandra Ratomska u Kelly Busuttil bi Christina Grima u Emma Moore jwieġbu għall-Loyola. F’nofs is-sessjoni Athleta kienu għadhom 10-7 minn fuq u wara li saħħew dan il-vantaġġ, baskets minn Moore u Sammy Jo Barbara ppareġjaw il-partita 15-15. Sa tmiem is-sessjoni Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ 19-18 pero’ Loyola dawwru l-iskor fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni perjodu. Athleta ppareġjaw permezz ta’ Busuttil pero’ fallew tlett freethrows biex Loyola daħlu jistrieħu 30-27 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta għamlu run ta’ 11-2 biex wara li Wismayer kienet kabbret il-vantaġġ ta’ Loyola, Athelta marru 4 minn fuq 38-34. Il-partita baqgħet bilanċjata u fl-aħħar minuta baskets minn Justine Mangion u Grima reġgħu taw il-vantaġġ lil Loyola 44-43. L-aħħar sessjoni kienet il-qofol ta’ kollox hekk kif fl-ewwel minuti ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin kontinwament biex f’nofs is-sessjoni kien hemm parita 52-52. Athleta għamlu run oħra ta’ 7-0 biex ħadu l-vantaġġ pero’ Loyola ma ċedewx u wieġbu permezz ta’ Hollier u Grima. L-aħħar minuta bdiet bl- Athleta 64-62 minn fuqu wara li Loyola reġgħu ġabu l-iskor indaqs 64-64, Leanne Sciberras reġgħat tat il-vantaġġ lil Athleta. Grima għamlet żewġ freethrows fil-waqt li fl-attakk suċċesiv Athleta tilfu l-pusess tal-ballun. Il-ballun wasal għand Hollier li sofriet foul u għamlet freethrow minn tnejn li ta r-rebħa lil Loyola 67-66.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 7, C. Grima 23, J. Doughty 2, D. Hollier 4, J. Mangion 4, S. Schembri Wismayer 14, S.J. Barbara 13, K. Borg.

Athleta: M. De Martino, A. Ratomska 22. C. Ciantar 3, L. Calleja 4, L. Sciberras 14, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia 6, K. Busuttil 13, C. Mifsud 4.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 





Leave a comment