Alyssa Ashley Loyola jibqgħu għaddejjin

Wednesday, November 2, 2011, 10:38

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Starlites Sports Experience 20

Hibernians 59

(2-20)(2-14)(9-17)(7-8)

Depiro vs Qormi

Depiro vs Qormi

Hibernians kisbu t-tieni rebħa tagħhom fis-Saint James Hospital Shield meta għelbu lil Starlites Sports Experience 59-20. Hibs kienu mingħajr Alexis Cutajar u Mandy Zammit pero kellhom żgħażagħ ġodda bħal Julia Scerri u Francesca Mifsud. Huma kienu mmexxija għal-ewwel darba mil-ex coach nazzjonali ta’ l-irġiel Bruno Di Pietrantonio. Starlites ukoll kellhom xi players neqsin bħal Christine Spiteri u Christine Scicluna. Hibs mal-ewwel bdew jiddominaw tant li għamlu l-ewwel sbatax il-punt tal-partita qabel ma wasal l-uniku basket ta’ Starlites. Il-punti tal-Hibs ġew kolla mit-trio Maria Desira, Nadia Arrigo u Joselle Cardona. Il-partita baqgħat bl-istess andament fit-tieni perjodu għalkemm Hibs naqqsu l-punti tagħhom xorta ħallew lil Starlites fuq basket wieħed biss. Fl-intervall Hibs kienu 30 punt minn fuq 34-4.

Fit-tielet sessjoni Hibs reġgħu bdew bi break ta’ 11-2 inkluża trippla minn Kirsten Baldacchino. Starlites kellhom aħjar reazzjoni aħjar meta għamlu 5 punti konsekuttivi grazzi għal Ariana Grixti. L-aħħar sessjoni kienet bla storja u f’xi waqtiet monotona tant li wara ħames minuti logħob kien hemm biss basket fuq kull naħa. Il-logħba mbagħad tjiebet xi ftit biex finalment kienu l-Pawlisti li ħarġu rebbieħa 59-20 biex rebħu Grupp B.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, A. Grixti 12, S. Tabone, S. Cutajar, L. Pirotta 4, N. Attard, M.C. Cilia, S. Davies 2, M. Cutajar 2.

Hibernians: J. Scerri 2, E. Cassar 6, F. Mifsud 8, L. Bezzina 4, M. Desira 12, K. Gatt, N. Arrigo 8, K. Baldacchino 7, J. Cardona 12.

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin.

Phoenix Mendoza Qormi 31

McDonalds Depiro 69

(6-15)(7-24)(11-16)(7-14)

McDonalds Depiro ħadu l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun meta fl-aħħar partita tagħhom għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 69-31. Huma kienu mingħajr Steffi De Martino u Emma Grech u nkludew għall-ewwel darba lil Martina Mifsud u Martina Scicluna. Qormi kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Wara bidu pjuttost kwiet Depiro għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Antoinette Borg bir-risposta ta’ Qormi tasal ukoll minn trippla ta’ Carina Gauchi Meilak. Fl-aħħar minuta u nofs Depiro għamlu 3 baskets wara xulxin biex temmew is-sessjoni 15-6 minn fuq. Fit-tieni sessjoni kompliet tispikka Borg li bil-punti konsekuttivi tagħha fetħet vantaġġ ta’ 20 punt għal Depiro sas-seba’ minuta 29-9. Qormi komplew jitilfu l-blalen biex Depiro għamlu run oħra ta’ 7-0 sal-halftime għal skor ta’ 39-13 favurhom.

Fit-tielet sessjoni Qormi baqgħu iktar viċin tal-avversarji u naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ wara trippla ta’ Martha Abela. Depiro malajr wieġbu bi break ta’ 10-1 biex fi tmiem il-perjodu reġgħu żiedu l-vantaġġ għal 21 punt 55-24. L-aħħar sessjoni kienet xi ftit iktar kwieta hekk kif Qormi bdew jitilfu l-players bil-fouls u l-coach ta’ Depiro Brian Mifsud daħħal fil-court diversi żgħażagħ. Pero t-team ta’ l-Imtarfa baqgħu superjuri biex rebħu l-partita 69-31.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 6, V. Agius 2, F. Micallef 6, C.Gauchi Meilak 7, V. Mifsud Tommasi, M. Agius 4, N. Said 3, D. Zammit, R. De Brincat, C.M. Vella 3, D. Scicluna.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 6, G. Mifsud, J. Xuereb, M. Mifsud 1, M. Bonett 6, F. Biancho 7, T. De Martino 6, A. Borg 30, C. Sammut 8, E. Vella, S. Micallef 3, M. Scicluna 2.

Referees: Gordon Barbara, Jennifer Mangani.

Luxol 45

Alyssa Ashley Loyola  57

(10-12)(12-23)(8-11)(15-11)

Fl-aħħar partita minn Grupp A tas-Saint James Hospital Shield Alyssa Ashley Loyola għamluhom 3 minn 3 meta għelbu lic-champions Luxol 57-45. Paula Ellul għadha mweġġa għal Luxol fil-waqt li Loyola kellhom diversi żgħażagħ neqsin. Wara li Loyola fetħu l-partia b’basket ta’ l-ex Emma Moore, Luxol għamlu seba’ punti mingħajr risposta. Loyola wieġbu bi break ta’ 10-0 bil-coach ta’ Luxol Christoph Stolp kostrett jagħjjat time-out. Sa tmiem is-sessjoni Luxol naqqsu d-distakk għal basket 10-12. Ic-champions reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara trippla ta’ Sarah Pace u freethrows ta’ Mandi Sciortino pero din kellha tkun l-aħħar darba li jkunu fuq quddiem. Loyola għamlu run ta’ 16-4 li bdewha bil-punti ta’ Sammy Jo Barbara li kienet attiva ferm għalijhom flimkien ma Moore u Christina Grima. Sal-intervall Loyola fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 35-22.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Luxol ppruvaw inaqqsu d-distakk u waslu sa’ 10 punti viċin wara baskets minn Louisa Serge. Loyola pero’ wieġbu b’run ta’ 8-0 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 16 –il punt 46-30.  Fl-aħħar sessjoni l-punti ġew bil-mod u hekk kif Luxol waslu sa’ 13 –il punt viċin, pronta kienet ir-risposta tal-players ta’ Ruth Spiteri minn Moore u Barbara. Pace għamlet l-aħħar sitt punti ta’ Luxol qabel ma Jean Doughty għalqet il-partita favur Loyola fuq skor ta’ 57-45. DIn il-partita se tixxandar fuq Malta Stars matul din il-ġimgħa. Fis-semifinali Alyssa Ashley Loyola  jiltaqgħu kontra Athleta s-Sibt 5 ta’ Novembru fis-13.45 u Luxol jilgħabu kontra Hibernians il-Ħadd 6 ta’ Novembru fis-13.00.

Luxol: S. Pace 9, M. Sciortino 12, L. Serge 5, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 11, K. Portelli, A. Paul, D. Muscat, L. Chetcuti, B. Zammit 6.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 8, C. Grima 13, J. Doughty 3, D. Hollier 6, A. Bonanno, J. Mangion 11, A. Sciberras 5, S.J. Barbara 16.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





1 Comment

  1. Truly Bball Lover says:

    Well done loyola !! issa la jidhlu foreigners kollox !! :)

    [Reply]

Leave a comment