Alyssa Ashley Loyola jegħlbu lil McDonalds Depiro fil-partita prinċipali

Wednesday, October 12, 2011, 12:38

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Luxol 88

Phoenix Mendoza Qormi 27

(26-4)(23-10)(20-7)(19-6)

Loyola vs Depiro

Loyola vs Depiro

Luxol ma sabu l-ebda diffikulta fl-ewwel ħarġa tagħhom fis-Saint  James Hospital Shield meta għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 88-27. Kif jindika l-iskor, Luxol friski mis-suċess fis-Super Cup, kienu dominanti kontra team li jidher li se jkollu staġun diffiċli. Ic-champions fetħu bi 8 punti wara xulxin u wara li Qormi għamlu basket, huma wieġbu b’run ta’ 15-0 u kienu 26-4 fuq quddiem fi tmiem is-sessjoni. Qormi żammew xi ftit il-pass mal-avversarji fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ punti minn Paula Ellul fid-debutt staġjonali tagħha żiedu l-vantaġġ ta’ Luxol. Ic-champions għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 11-0 mibdi bi trippla ta’ Beverlee Zammit.

Wara l-mistrieħ il-partita baqgħet bl-istess andament hekk kif Qormi żiedu t-turnovers tagħhom kontra l-press ta’ Luxol li approfittaw u għamlu diversi fast breaks. Fl-aħħar sessjoni Luxol għamlu break ieħor qawwi ta’ 13-0 u għalqu l-partita b’żewġ baskets ta’ Becky Naudi biex ħarġu rebbieħa 88-27.

 

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino 10, L. Serge, B. Naudi 20, J. Busuttil Gaerty 2, G. Zarb 12, P. Ellul 13, A. Paul 6, D. Muscat 8, L. Chetcuti, L. Vella, B. Zammit 7.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela, V. Agius 1, F. Micallef 4, C.Gauchi Meilak 9, V. Mifsud Tommasi 2, M. Agius, N. Said 4, D. Zammit, R. De Brincat, C.M. Vella, D. Scicluna 7

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani.

Alyssa Ashley Loyola  51

Mc Donalds Depiro 42

(11-15)(14-5)(15-13)(11-9)

Alyssa Ashley Loyola  għamlu d-debutt tagħhom fis-Saint  James Hospital Shield b’rebħa mportanti u nkoraġġanti fuq Mc Donalds Depiro 51-42. Għal Depiro kien diżappunt ieħor wara t-telfa fis-Super Cup. Loyola għandhom lil Ruth Spiteri bħala l-coach ġdida tagħhom u ddebuttaw ukoll Emma Moore u Justine Mangion. L-ewwel punti ġew fit-tielet minuta b’basket ta’ Depiro minn Antoinette Borg pero Loyola wieġbu bi break ta’ 9-0. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Steffi De Martino u Svetlana Micallef biex temmew l-ewwel sessjoni 15-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Depiro kellhom fażi negattiva fejn għamlu sensiela ta’ turnovers. Loyola approfittaw fejn wara li sofrew trippla ta’ Borg huma għamlu break ta’ 12-0 biex marru fuq quddiem 25-18. Depiro għalqu s-sessjoni b’żewġ freethrows Andrea Mifsud.

It-tielet sessjoni kienet aktar bilanċjata pero’ Loyola dejjem żammew il-vantaġġ hekk kif bdew jirrispondu kontinwament għall-punti ta’ Depiro. Fit-tmien minuta Depiro naqqsu d-distakk għal 3 punti 31-34. Baskets konsekuttivi ta’ Mangion raw lil Loyola jtemmu l-perjodu 40-33 minn fuq. Sa nofs l-aħħar sessjoni d-distakk baqa’ ta’ 6 punti 42-36 favur Loyola. Hawn Loyola għamlu run deċisiva ta’ 9-0 li għalquha bi trippla ta Jean Doughty biex ħadu kontroll assolut tal-partita li rebħuha 51-42.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 6, C. Grima 9, J. Doughty 5, M. Gatt, D. Hollier 11, G. Torpiano, A. Bonanno 2, J. Mangion 10, A. Sciberras 4, F. Camilleri, S.J. Barbara 4, K. Gouder.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 8, E. Grech, J. Xuereb, T. De Martino, M. Bonett, F. Biancho, G. Mifsud 2, A. Borg 8, C. Sammut 2, E. Vella, S. Micallef 11, S. De Martino 11.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani.

Hibernians 67

Athleta 59

(17-8)(14-13)(13-20)(13-18)

Hibernians bdew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’rebħa fuq Athleta 67-57. Hibs baqgħu prattikament bil-formazzjoni ta’ l-istaġun li għadda bl-eċċezzjoni ta’ Doreen Micallef. Athleta għandhom player barranija, il-Pollakka Aleksandra Ratomska flimkien ma’ ħafna players mill-istaġun li għadda. Hibs kellhom l-aħjar bidu u ħasdu lil Athleta biex marru 12-2 minn fuq fl-ewwel seba’ minuti. Fil-minuti ta’ wara kien hemm baskets fuq kull naħa biex Hibs kienu 17-8 minn fuq. Fit-tieni sessjoni irrispondew lil xulxin għal ħin twil. Hibs bdew b’żewġ baskets konsekuttivi pero’ Ratomska bdiet tidħol iktar fil-partita biex Athleta naqqsu d-distakk għal 10 punti 21-31.

Fit-tielet sessjoni Athleta komplew inaqqsu l-iżvantaġġ li kellhom wara trippla ta’ Kelly Busuttil pero’ Joselle Cardona reġgħet wieġbet għal Hibs. Athleta għamlu run ta’ 9-2 u waslu sa 2 punti l-bogħod 39-41. L-istess ħaġa ġrat fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni pero’ punti minn Cardona u Maria Desira taw ftit tan-nifs lil Pawlisti. Trippla oħra ta’ Busuttil reġgħet naqqset id-distakk għal Athleta pero’ Hibs għamlu break finali ta’ 8-2 biex rebħu l-partita 67-59.

Hibernians: E. Cassar 2, M. Zammit, L. Bezzina 4, M. Desira 15, K. Gatt, A. Cutajar 11, K. Baldacchino 20, J. Cardona 15. 

Athleta: S. Pisani, A. Ratomska 17. J. Bondin, L. Calleja 10, L. Sciberras 17. M. Azzopardi Duca, D. Mckeon, G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia 2, K. Busuttil 3, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.





1 Comment

  1. Player says:

    you really mixed up the scorers of the game of athleta vs hibs!!!

    [Reply]

Leave a comment