Alyssa Ashley Loyola fil-quċċata

Tuesday, March 13, 2012, 22:25

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

 Starlites Sports Experience

Mc Donalds Depiro

Athleta vs Loyola

Athleta vs Loyola

Din il-partita li kellha tiftaħ it-tieni round ta’ logħob mil-kampjonat MSV Life twaqqfet fl-intervall peress li bl-umdita eċċesiva li kien hemm il-court beda jiżloq ħafna. Sa’ dak il-ħin Depiro kienu 30-15 minn fuq. Kienu Starlites li ħadu vantaġġ fil-bidu 4-2 pero’ Depiro għamlu run ta’ 12-0. Fit-tieni sessjoni Depiro għamlu run oħra ta’ 7-0 fil-waqt li Lyndsey Pirotta għamlet trippla għal Starlites. Sal-intervall Depiro fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 30-15. Hawn ittieħdet id-deċiżjoni bi qbil ma’ l-uffiċjali tal-logħba u ż-żewġ coaches li l-logħba ma titkompliex. L-MBA mistennija tiddeċiedi dwar din il-partita fil-ġranet li ġejjin.

 

Hibs Melita Gardens 65

Phoenix Mendoza Qormi 45

(9-15)(21-10)(19-12)(16-8)

 

Hibs Melita Gardens għamlu double fuq Phoenix Mendoza Qormi fejn wara bidu xi ftit kwiet huma ħadu l-partita f’idejhom wara l-intervall u rebħu 65-45. Hibs kellhom tlett players regolari nieqsa Lucienne Bezzina, Elena Cassar u Maria Desira u ntroduċew żagħżagħ ġodda Lara Micallef u Roberta Scerri. Phoenix kellhom lil Carla Marie Vella u Lorna Mifsud neqsin. Hibs bdew il-partita b’shooting negattiv ferm u dan għen lil Phoenix biex jieħdu l-ewwel vantaġġ fil-ftuħ tal-partita. Phoenix komplew jagħfsu u bi trippli minn Ann Camilleri fetħu distakk ta’ 8 punti 13-5. Hawn waslu żewġ baskets mil-Pawlisti pero’ fi tmiem is-sessjoni Phoenix baqgħu 15-9 minn fuq. Hibs ippareġjaw fit-tieni sessjoni qabel ma Nicola Said bi trippla reġgħat tat vantaġġ lil Phoenix. Hibs marru finalment fil-vantaġġ fis-sitt minuta meta kienu għaddejin minn run ta’ 8-0. Wara li Phoenix wieġbu b’żewġ baskets, Lena Gipson u Nadia Arrigo għamlu break ta’ 7-0 għal Hibs. Is-sessjoni għalqet bi trippla ta’ Carina Gauchi Meilak għal Phoenix bil-Hibs fuq quddiem 30-25.

Fit-bidu tat-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin qabel ma Hibs għamlu run ta’ 10-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 44-34. Lejn it-tmiem punti konsekuttivi ta’ Gipson saħħewlhom il-vantaġġ 49-37 fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni Phoenix naqqsu d-distakk għal 10 punti wara punti minn Nicola Said. Hibs għamlu run ta’ 8-0 li twaqqfet bi trippla oħra ta’ Camilleri pero’ kienu l-Hibs li għalqu l-partita b’sitt punti oħra biex ħarġu rebbieħa 65-45.

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri 6, L. Micallef, F. Mifsud, M. Zammit 2, K. Gatt, R. Scerri, N. Arrigo 10, K. Baldacchino 15, J. Cardona 11, L. Gipson 21.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela, V. Agius 3, F. Micallef, C.Gauchi Meilak 10, V. Mifsud Tommasi, M. Agius, N. Said 8, H. Potigny 12, A. Camilleri 12, M.R. Agius.

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin

 

Honey Athleta 52

Alyssa Ashley Loyola 64

(16-23)(15-10)(8-16)(16-15)

 

Alyssa Ashley Loyola telgħu waħedhom f’ras il-klassifika b’logħba iżjed minn Depiro u Luxol meta għamlu double fuq Honey Athleta  u rebħulhom 64-52. Athleta kienu mingħajr Gulia Muscat u Raissa Sciberras fil-waqt li għal Loyola għadhom nieqsa Justine Mangion u Sandra Schembri Wismayer. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ wara tripla minn Aleksandra Ratomska 7-4. Loyola wieġbu bi break ta’ 8-0 pero’ Leanne Sciberras għamlet trippla oħra għal Athleta. Loyola reġgħu żiedu l-vantaġġ b’baskets ta’ Christina Grima u Desarae Johnson biex temmew l-ewwel sessjoni 23-16 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Athleta għamlu run ta’ 9-0 wara li sofrew basket biex ippareġjaw 25-25. Hawn Loyola għamlu break ta’ 8-0 dejjem permezz ta’ Grima u Johnson pero’ qabel l-intervall Athleta għamlu tlett baskets wara xulxin biex daħlu jistrieħu basket minn taħt 31-33.

Wara l-intervall Athleta waqfu mil-baskets u rnexxielhom jagħmlu 5 freethrows fl-ewwel ħinijiet. Loyola minn naħa l-oħra għamlu run ta’ 11-0 biex kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt fi tmiem is-sessjoni 49-36. L-aħħar sessjoni rat lil Athleta jerġgħu jersqu viċin wara trippla ta’ Kelly Busuttil u punti ta’ Leanne Sciberras. Loyola straħu fuq il-punti ta’ Johnson hekk kif tilfu lil Grima bil-ħames foul. Lejn it-tmiem kien hemm trippla oħra ta’ Busuttil pero’ ma tantx kien għad fadal ħin u Emma Moore u Johnson għamlu aktar punti għal Loyola li ħarġu rebbieħa 64-52.

 

Honey Athleta: M. DeMartino 2, A. Ratomska 15. C. Ciantar, L. Calleja 4, L. Sciberras 15. M. Azzopardi Duca, F. Farrugia 6, K. Busuttil 10, C. Mifsud.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 8, C. Grima 14, J. Doughty, D. Hollier 4, K. Tonna, A. Bonanno, A. Sciberras 3, S.J. Barbara 3, D. Johnson 32.

Referees: Gordon Barbara, Robert Darmanin

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Alyssa Ashley Loyola

7

6

1

13

489

327

Luxol

6

5

1

11

438

297

McDonalds Depiro

6

5

1

11

383

291

HibsMelita  Gardens

7

4

3

11

448

307

Athleta

7

2

5

9

411

396

Starlites Sports   Experience

6

1

5

7

202

396

PhoenixMendoza  Qormi

7

0

7

7

199

556

 

 





Leave a comment