Alyssa Ashley Loyola b’rebħa mportanti fuq Luxol

Tuesday, January 22, 2013, 0:52

minn Colin Schembri

Starlites Sports Experience 35

Honey Athleta 55

(12-10)(8-16)(5-17)(10-12)

 

Honey Athleta kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Starlites Sports Experience 55-35. Starlites kellhom nieqsa lil Ariana Grixti fil-waqt li Athleta kienu bil-formazzjoni kompleta. Fl-ewwel ħinijiet tal-partita Athleta bdew jiżbaljaw fl-attakki tagħhom u kienu Starllites li ħadu l-ewwel vantaġġ 5-2 bi trippla ta’ Lindsey Pirotta. Athleta dawwru l-iskor wara punti minn Aleksandra Ratomska u Leanne Sciberras. Pero’ Starlites reġgħu marru fuq quddiem bi trippa ta’ Lara Pisani u żammew il-vantaġġ sa’ tmiem is-sessjoni 12-10. Athleta bdew aħjar fit-tieni perjodu u għamlu run ta’ 8-2 u marru fuq quddiem. Pisani kellha trippla oħra għal Starlites pero’ Athleta għamlu 8 punti oħra biex daħlu jistrieħu sitta minn fuq 26-20.

Wara l-intervall Athleta bdew bi break ta’ 12-2 biex finalment bdew jinqatgħu mil-avversarji. Għalkemm Starlites wieġbu permezz ta’ Stephanie Davies u Marilou Cutajar, Athleta għalqu l-perjodu b’baskets ta’ Raissa Sciberras u Ratomska għal skor ta’ 43-25. Starlites fetħu l-aħħar sessjoni b’żewġ baskets oħra qabel ma Athleta kellhom sitt punti konsekuttivi. Starlites għamlu break qasir ta’ 6-2 pero’ kienu Gulia Muscat u Claire Ciantar li għamlu l-aħħar punti tal-Athleta biex il-players kollha niżlu isimhom fost l-iskorers f’rebħa ta’ 55-35.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, S. Tabone 6, L. Pisani 6, S. Cutajar, C. Scicluna, L. Pirotta 12, N. Attard 4, S. Galea, S. Davies 1, M. Cutajar 6.

Honey Athleta: M. De Martino 2, M.C. Cilia 6, J. Xuereb 6, L. Calleja 4, L. Sciberras 11, M. A. Duca 2, G. Muscat 2, E. Vella 4, R. Sciberras 2, A. Ratomska 7, C. Ciantar 2, C. Mifsud 7.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly

 

Luxol 66

Alyssa Ashley Loyola 68

(12-24)(21-16)(5-13)(18-8)(5-7)

 

Ic-champions Luxol sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat u għal darb’oħra kienu Alyssa Ashley Loyola li rebħulhom 68-66. Loyola huma l-uniku team li s’issa rnexxielhom jegħlbu lil Luxol wara li kienu wkoll għelbuhom fil-logħob tas-shield. Għalijhom kien hemm ir-ritorn ta’ Emma Moore minn ma’ Depiro u żgur li l-akkwist tagħha se jsaħħaħ it-team imexxi minn Alex Farrugia. Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Sat-tielet minuta kienu saru sitt punti fuq kull naħa. Hawn Loyola għamlu run ta’ 8-2 bl-ewwel punti ta’ Moore flimkien ma’ Brietta Thomas. Loyola fetħu vantaġġ doppju sat-tmien minuta 20-10 u minkejja li Luxol għamlu 7 punti bi trippla ta’ Sarah Pace, Loyola temmew is-sessjoni 24-17 minn fuq b’basket ieħor ta’ Moore. Luxol naqqsu d-distakk wara l-ewwel minuti tat-tieni sessjoni b’baskets ta’ Mollie Williams, Mandi Sciortino u Paula Ellul. Loyola wieġbu b’żewġ baskets minn Moore u Thomas pero’ Williams kompliet tagħmel il-punti ta’ Luxol biex tathom il-vantaġġ. Pero’ hija kkomettiet it-tielet foul u kellha tiġi mibdula u Loyola reġgħu marru minn fuq 40-38 sal-halftime.

Wara l-intervall, Luxol damu biex għamlu l-punti tagħhom pero’ Loyola għamlu biss sitt punti f’ħames minuti u kabbru l-vantaġġ għal 8 punti 46-38. Wara 3 punti minn Diana Muscat għall-Luxol, Thomas kellha trippla għall-Loyola pero’ Sciortino wkoll wieġbet bi three pointer. Fi tmiem is-sessjoni Loyola kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 53-23 pero’ Luxol bdew ir-raba sessjoni aħjar minn ta’ qabilha u sas-sitt minuta naqqsu d-distakk għal erba’ punti 53-57. Loyola reġgħu marru minn fuq 61-55. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm żewġ baskets ta’ Pace u ieħor ta’ Sciortino biex il-ħin regolamentari ntemm 61-61. Fil-ħin barrani, Luxol kellhom vantaġġ ta’ punt għal ħin twil pero’ basket ta’ Thomas u freethrow ta’ Jean Doughty fl-aħħar minuta taw ir-rebħa lil Loyola 68-66.

 

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino 14, C. Medina, B. Naudi 3, J. B. Gaerty, G. Zarb 5, P. Ellul 9, M. Williams 21, D. Muscat 4, M. Darmanin, K. Portelli.

Alyssa Ashley Loyola: E. Moore 18, L. Pace, J. Doughty 1, M. Gatt, D.Said Hollier 2, K. Tonna 4, P. Montanaro, B. Thomas 31, SJ Barbara 12, F. Camilleri

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani

 

Hibs 73

Phoenix Petrus Pizza Qormi 41
(20-6)(16-5)(23-19)(14-11)

 

Hibs żammew it-tielet post tal-klassifika wara li għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 73-41 f’l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun. Phoenix kienu minn fuq fl-ewwel żewġ minuti biss 4-2 għaliex minn hemm il-quddiem il-partita kienet f’idejn Hibs li kellhom nieqsa lil Elena Cassar. Fir-raba’ minuta, Hibs bdew run ta’ 13-0 u wara li Phoenix wieġbu b’basket tal-ex Alexis Cutajar, Hibs għalqu l-perjodu b’erba’ punti oħra għal skor ta’ 20-6. Hibs komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni minkejja li Brittaney Thomas bdiet dieħla iktar fil-partita għal Phoenix. Hibs kellhom run oħra ta’ 14-2 b’diversi punti minn Khadi Soune Sagna u Lucienne Bezzina u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 25 punt 36-11.

Wara l-mistrieħ il-partita kienet ferm aktar bilanċjata minkejja li kien hemm distakk kbir bejn iż-żewġ timijiet. Il-punti bdew ġejjin fuq kull naħa b’Antoinette Borg tagħmel trippla għal Hibs fir-raba’ minuta. Hibs żiedu d-distakk wara punti minn Maria Desira u Bezzina fil-waqt li Thomas u Cutajar wieġbu għal Phoenix. Hibs temmew il-perjodu 29 punt minn fuq 59-30 u hekk kif bdiet l-aħħar taqsima, Thomas kellha trippla għal Phoenix. Wara diversi punti minn Sagna għal Hibs u Thomas għal Phoenix, Hibs għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 7-0 bi trippla ta’ Emma Micalled biex rebħu l-partita 73-41.

 

Hibs: J. Scerri 2, R. Scerri, L. Bezzina 8, F. Mifsud, M. Desira 14, A. Borg 8, N. Mifsud 2, E. Micallef 5, J. Borg Cardona 10, K. Soune Sagna 24.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela, V. Camilleri 2, C. Scicluna, Y. Agius 2, N. Said 2, A. Cutajar 11, B. Thomas 22, J. Millo, A. Demanuele 2

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Luxol

6

5

1

11

441

323

Depiro

6

5

1

11

467

296

Hibs

6

4

2

10

340

301

Alyssa Ashley Loyola

6

4

2

10

388

376

Honey Athleta

6

2

4

8

312

359

Phoenix Petrus Pizza Qormi

6

1

5

7

310

407

Starlites Sports Experience

6

0

6

6

215

411

 





Leave a comment