All Wheel Drive Club Malta Challenge fil-Barriera tal-Blokrete

Tuesday, May 8, 2018, 12:23

Is-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta’ Mejju All Wheel Drive Club Malta organizza Challenge fil-Barriera tal-Blokrete fil-limiti tan-Naxxar. 11-il karozza ikkompetew f’żewġ klassijiet differenti waħda għal Vetturi Modifikati, li għadhom saħansitra jinstaqu fit-triq, u klassi oħra għal Vetturi aktar modifikati msejjħa bħala l-Klassi Ultra għal vetturi li mhumiex tat-triq u li huma intenzjonalment mibnija għal dan it-tip ta’ sport u magħrufin bħalha buggies.

Il-Klassi Modifikata ntrebħet mis-sewwieq Brandon Cassar megħjun minn Thomas Galea, fit-tieni post is-Sewwieq Jason Cassar megħjun minn Alan Zahra, u fit-tielet post is-Sewwieq Clifton Cauchi megħjun minn Jonathan Falzon.

Fil-Klassi Ultra, is-Sewwieq Robert Caruana megħjun minn John Zammit rebaħ il-klassi segwiti mit-tim kompost mill-missier u l-iben Neville u Lee Ciantar u fit-tielet post sibna l-aħwa Josef u Stefan Borg Grech.





Leave a comment