Alfred Attard ikkonfermat minn St. Patrick

Wednesday, June 29, 2011, 13:15

 

minn Cristian Muscat

Alfred Attard se jkun qed jibda t-tielet staġun tieghu bħala kowċ ta’ St. Patrick hekk kif il-klabb minn Haż- Żabbar ikkonfermah għall-istagun 2011/12. Attard ingħaqad mas-Saints fis-Sajf tal-2008 wara li kkowċja lil St Venera Lightnings kif ukoll lil Balzan Youths fejn rebaħ il-promozzjoni ma’ dawn l-istess żewġ timijiet. Huwa għamel żmien ukoll bħala assistant kowċ ta’ Sliema Wanderers.

Intant dejjem mill-kamp ta’ St Patrick ftit tal-jiem ilu s-Saints ikkonfermaw lil Dr. Josie Muscat bħala l-President il-ġdid tagħhom waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-klabb. Dr Muscat ġie avviċinat mill-klabb u aċċetta l-invit tal-istess klabb biex jieħu t-tmexxija ta’ St. Patrick bħala klabb. Tajjeb ngħidu li missier Dr Josie Muscat kien ukoll serva bħala President tal-klabb minn Ħaż- Żabbar fil-passat. St. Patrick se jilgħabu fil-kamponat BOV l-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun li ġej wara li rebħu lill-Mellieha f’decider għall-promozzjoni li saret matul ix-xahar li għadda.





Leave a comment