- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Alex Borg se jilgħab mal-aqwa plejers tad-dinja

Posted By Sportinmalta On June 5, 2019 @ 9:40 am In Featured,Snooker | No Comments

Alex Borg ikkwalifika għall-main tour sabiex ikun jista’ jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker b’wild card. Borg ikkwalifika  mit-tielet tournament tal-Q School li sar f’Wigan, l-Ingilterra.

Wara li għadda l-ewwel tliet rawnds, Alex Borg lagħab kontra Patrick Whelan fir-Rawnd tat-32 u rebaħ 4-2, u fir-Rawnd tas-16 għeleb l-isfida t’Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba Borg rebaħ kontra Billy Joe Castle 4-3 biex b’hekk rebaħ il-wild card sabiex jikkompeti mal-aqwa plejers professjonali tal-isnooker.

Barra minn hekk, iċ-ċampjin Malti Duncan Bezzina wasal sal-kwartifinali tal-Kampjonat Ewropew tal-Isnooker li qed jintlagħab f’Belgrad is-Serbja. Bezzina spiċċa eliminat meta tilef kontra Shachar Lubeg ta’ Iżrael 4-2.

F’dan l-istess kampjonat qed jikkompetu wkoll erba’ plejers Maltin fil-kategorija tat-timijiet, tal-Masters u tal-Men.

Fil kategorija tal-Masters it-tim kompost minn Arthur Cachia u Ivan Attard għelbu lit-tim tas-Serbja 4 bil-punteġġ ta’ 5-0 u għelbu lit-tim tal-Irlanda 2 bil-punteġġ ta’ 3-2.

Fil kategorija tal-Men, it-tim Malti kompost minn Duncan Bezzina u Tony Drago , għelbu lis-Serbia 5 bil punteġġ ta’ 5-0 u għelbu wkoll lit-tim tal-Ġermanja bil-punteġġ ta’ 4-1.



Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/alex-borg-se-jilghab-mal-aqwa-plejers-tad-dinja/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.