Alex Borg jirbah l-ewwel ranking turnament tal-istaġun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association

Wednesday, October 26, 2016, 19:35

Gavin Muscat

Alex Borg li jilghab mal-Klabb Juventutis Domus taz-Zejtun rebah l-ewwel ranking turnament tas-snooker ta’ dan l-istagun meta fil-Finali li ntlghabet il-bierah gewwa l-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla huwa gheleb lil Brian Cini tal-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug bl-iskor ta’ 5-2.

Kien Cini li rebah l-ewwel frame izda Borg gab id-draw bir-rebh tat-tieni frame. Cini rega’ mar minn fuq bir-rebh tat-tielet frame izda Borg ghamel l-iskor indaqs qabel l-intervall bir-rebh tar-raba’ frame. Meta rega’ beda l-loghob Borg rebah tliet frames wara xulxin ghal skor finali ta’ 5-2.

L-iskor tal-frames, Borg l-ewwel kienu: 43-62, 69-64, 37-65, 60-18, 61-23, 87(86)-0, 56-41.

Il-Finali kienet ikkontrollata mir-referee Charles Vella.

B’din ir-rebha Borg issa qed jokkupa l-ewwel post fir-Ranking List tal-Malta Billiards & Snooker Association segwit minn Duncan Bezzina u Brina Cini.

Alex Borg

Brian Cini

Iz-zewg plejers qabel il-Finali flimkien mar-referee Charles Vella





Leave a comment