- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Alex Borg jirbaħ ir-raba’ ranking turnament tal-istagun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association

Posted By Sportinmalta On May 5, 2017 @ 12:11 am In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Kevin Vella

Alex Borg li jilgħab mal-Klabb Juventutis Domus taż-Żejtun rebaħ ir-raba’ u l-aħħar ranking tournament tas-snooker għal dan l-istaġun meta fil-Finali li ntlgħabet ilbieraħ ġewwa l-Jesmonds Sporting Club, Ħamrun huwa għeleb lil Mario Brincat tal-Kazin tal-Banda Mount Carmel, Gżira bl-iskor ta’ 5-1.

Kien Borg li rebaħ l-ewwel frame iżda Brincat ġab id-draw bir-rebħ tat-tieni frame. Madankollu Borg rebaħ l-erbgħa frames ta’ wara għal skor finali ta’ 5-1 fejn fl-aħħar frame irreġistra l-għola brejk tal-logħba li kien ta’ 79 punt.

Il-Finali kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Pirotta.

Wara l-Finali s-Sur Vince Pisani f’isem l-MBSA ippreżenta l-premjijiet liż-żewġ finalisti.

Fir-Ranking List tal-Malta Billiards & Snooker Association Borg jinsab fl-ewwel post segwit minn Duncan Bezzina u Brian Cini.

Alex Borg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/alex-borg-jirbah-ir-raba-ranking-turnament-tal-istagun-organizzat-mill-malta-billiards-snooker-association/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.