- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Alex Borg jirbaħ il-Kampjonat tal-Masters 2015/16

Posted By Sportinmalta On April 11, 2016 @ 9:20 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Alex Borg jirbaħ il-Kampjonat tal-Masters 2015/16 organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association

Gavin Muscat

Alex Borg li jilgħab mal-Klabb Juventutis Domus taz-Zejtun, rebah il-Kampjonat tal-Masters tas-Snooker għal dan l-istagun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association wara li fil-Finali li ntlgħabet nhar il-Gimgħa gewwa l-Jesmond Sporting Club, Hamrun huwa għeleb lil Mario Brincat tal-istess Jesmond Sporting Club bl-iskor ta’ 5-3.

Brincat beda tajjeb hafna f’din il-Finali meta rebah l-ewwel frame bi brejk ta’ 100 punt izda Borg rebah iz-żewġ frames ta’ wara inkluz brejk ta’ 51 fit-tielet frame. Brincat ippareggja bir-rebh tar-raba frame għal skor ta’ 2-2 qabel l-interval. Meta rega’ beda l-logħob Borg għamel brejk ta’ 109 biex mar 3-2 minn fuq izda Brincat għal darb’ohra ippareggja bir-rebh tas-sitt frame. Borg rega’ mar 4-3 minn fuq bi brejk ta’ 52 punt u rebah it-tmien frame ukoll għal skor finali ta’ 5-3.

L-iskor tal-frames, Borg l-ewwel kienu: 0-132(100), 66-52, 77(51)-45, 55-57, 109(109)-20, 44-62, 73(52)-17, 55-34.

Il-Finali kienet ikkontrollata mir-referee Frans Bugeja.

Wara l-logħba, is-Sur Ivan Brincat, Tezorier tal-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-trofej liz-żewġ finalisti.

Alex Borg u Mario Brincat flimkien mar-referee Frans Bugeja


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/alex-borg-jirbah-il-kampjonat-tal-masters-201516/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.