Alex Borg jikkwalifika għat-tieni rawnd tal-Welsh Open 2017
Friday, February 17, 2017, 14:47Gavin Muscat
Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg ikkwalifika għat-tieni rawnd tal-Welsh Open li beda jintlgħab illum ġewwa Motorpoint Arena f’Cardiff,Wales. Dan it-tournament huwa organizzat mill-World Snooker Association u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej.
Huwa għeleb lill-plejer Eġizzjan Hatem Yassen bl-iskor ta’ 4-1 fl-ewwel rawnd. Borg kien f’forma tajba fejn għamel breaks ta’ 73,69,64,63 u 52.
Il-frame scores ta’ Borg l-ewwel kienu hekk:
79(73)-0, 100(64)-26, 132(63,69)-0, 8-60, 73(52)-8.
Fit-tieni rawnd, Borg jiltaqa’ kontra r-rebbieħ tal-logħba bejn Judd Trump u Andrew Higginson li jkunu fl-azzjoni għada t-Tlieta fit 8pm(ħin ta’ Malta). Il-logħba ta’ Borg kontra Trump jew Higginson tintlgħab nhar l-Erbgħa.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.
