Alex Borg jikkwalifika għall-World Snooker Main Tour

Friday, June 24, 2016, 10:41

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Il-plejer Malti tas-Snooker Alex Borg rega’ lura għall-World Snooker Main Tour wara li rnexxielu jikkwalifika biex jilgħab f’dan it-Tour għas-sentejn li gejjin, 2016/17 u 2017/18.

Borg irnexxielu jikkwalifika wara li ha sehem fil-Qualifying School li ntlagħbet fl-ahhar 12 il-gurnata gewwa Burton Upon Trent, l-Ingilterra. 182 plejer minn madwar id-dinja hadu sehem f’din il-Qualifying School fosthom zewg plejers Maltin ohra Tony Drago u c-Champion Malti Brian Cini. Borg kien wiehed minn 12 il-plejer li kkwalifikaw fejn kellu jirbah sitt logħbiet biex ikkwalika minn din il-kompetizzjoni difficli.

B’hekk Borg se jkun l-uniku plejer Malti fost l-aqwa 128 plejer fid-dinja li se jiehdu sehem f’dan it-Tour li jinkludi plejers magħrufa bhac-Champion Mondjali Mark Selby u Ronnie O’Sullivan. It-Tour jikkonsisti fi 18 il-ranking turnament li jintlagħbu madwar id-dinja.

Borg qal: Inħossni kuntent hafna li ergajt għaddejt biex nikkompeti f’dan it-Tour minhabba li l-logħba tas-snooker qed tikber b’ritmu mgħaggel u qed issir aktar popolari. Inhossni kuntent ukoll li se jerga’ jkolli l-opportunita li nikkompeti mal-aqwa plejers fid-dinja.

Il-kalendarju tal-Main Tour għall-istagun 2016/17 jista’ jinkiseb billi tidhol fil-link tal-World Snooker: http://www.worldsnooker.com/full-calendar/

————————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg back on World Snooker Main Tour

Malta’s Alex Borg will be back on the World Snooker Main Tour after earning a two year card for 2016/17 and 2017/18.

Borg has earned the place by virtue of his run in the Qualifying School which was played in the last 12 days in Burton Upon Trent, UK. A total of 182 players from all over the world took part in this Qualifying School that included two other Maltese players, former professional Tony Drago and current Malta Champion Brian Cini. Borg was one of 12 players who had to overcome 6 rounds to make it througħ this tougħ competition.

Borg will be the only Maltese player among the top 128 in the world competing in the Tour which includes household names like World Champion Mark Selby and Ronnie O’Sullivan. The Tour consists of 18 full ranking events played all over the world.

Borg said: It’s exciting to get back on the Tour because the game is growing very fast and becoming more popular. It’s nice to be competing with the best players in the world.

For a full calendar of the 2016/17 snooker season click here: http://www.worldsnooker.com/full-calendar/

Alex Borg





Leave a comment