Alex Borg jgħaddi għat-tieni rawnd tal-Coral Northern Ireland Open

Sunday, November 20, 2016, 13:01

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali tas-snooker Malti Alex Borg, għadda għat-tieni rawnd tal-Coral Northern Ireland Open li qed jintlgħab f’Belfast, meta llum wara nofsinhar rebaħ lil Dechawat Poomjaeng tat-Tajlandja bl-iskor ta’ 4 – 2.  Il-punteġġi kienu hekk:- (Borg l-ewwel) 57-16, 45-62, 20-82 (82), 88-6, 75-35 (66), 85-12(54).

Dan l-Open huwa it-tieni minn erba’ opens li jiffurmaw parti mill-Home Nations Series.

Borg ikompli l-impenji tiegħu fit-tieni rawnd meta jilgħab kontra il-plejer Norveġiż Kurt Maflin.

Alex Borg





Leave a comment