- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Alex Borg impenjat fil-Welsh Open il-ġimgħa d-dieħla

Posted By Sportinmalta On February 12, 2017 @ 9:15 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg il-ġimgħa d-diehla se jkun impenjat fil-Welsh Open organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlgħab ġewwa l-Motorpoint Arena f’Cardiff bejn nhar it-Tnejn li ġej u l-Ħadd 19 ta’ Frar.

Borg ikun fl-azzjoni propju nhar it-Tnejn fis-2.00pm (ħin ta’ Malta) meta jiltaqa’ kontra l-plejer Eġizzjan Haten Yassen fl-ewwel rawnd. Il-logħba tkun l-aħjar minn 7 frames u r-rebbieħ jiltaqa’ kontra min jirbaħ fil-logħba bejn Judd Trump u Andrew Higginson li jilgħabu kontra xulxin nhar it-Tlieta fit-8.00pm (ħin ta’ Malta).

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.

Alex Borg

 

Alex Borg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/alex-borg-impenjat-fil-welsh-open-il-gimgha-d-diehla/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.