Alex Borg huwa ċ-ċampjin tal-Masters tal-Isnooker

Thursday, May 16, 2019, 8:27

Alex Borg ħuwa ċ-ċampjin tal-Masters tal-isnooker meta fil-finali huwa għeleb lil Mark Saffrett bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 1, finali fuq l-aħjar minn 9 frames.

F’din il-finali li kienet organizzata mill-Malta Billiards and Snooker Assocation, intlagħbet fl-Akkademja tal-Isnooker fil-Kumpless Maria Assunta il-Ħamrun.

Borg rebaħ l-ewwel żewġ frames bil-punteġġi ta’ 65-43 u 69-2. Saffrett rebaħ it-tielet u l-uniku frame tiegħu bil-punteġġ ta’ 61-43, pero Borg rebaħ it-tliet frames ta’ wara bil-punteġġi ta’ 72-46 fejn għamel brejk ta’ 63 punt, 85-3 u l-aħħar frame rebħu bi brejk sabiħ ta’ 82 punt mingħajr l-ebda risposta minn naħa ta’ Saffrett.

Din il-finali kienet ireffjata mis Sur Charles Vella.





Leave a comment