- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Albert Micallef inkurunat Rebbieħ għall-2018

Posted By Sportinmalta On April 4, 2018 @ 9:19 am In Featured,Sailing | No Comments

Il-kaptan veteran tal-mudelli tad-dgħajjes bil-qlugħ, Albert Micallef huwa r-Rebbieħ Nazzjonali għall-2018 tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mudelli tad-Dgħajjes (“MMBA”). Meqjus bħala l-missier tat-tbaħħir tal-mudelli tad-dgħajjes f’Malta, Albert kien qed jikkompeti b’dgħajsa li bena huwa stess, u kien l-aqwa baħħar Malti fl-International One Metre Open Invitational tal-MMBA, biex b’hekk rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali. Dan huwa r-rebħ tat-tielet kampjonat nazzjonali għal Albert, bit-titli jkunu mifruxa fuq 22 sena, bl-ewwel rebħa tiegħu tkun fl-1996 u t-tieni waħda tkun fl-2007.

Il-Kampjonat tal-2018 sar fil-Mellieħa Bay Hotel bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2018 u kien jinkludi 36 kompetitur minn 8 pajjiżi differenti inkluż Malta. L-esperjenza ta’ Micallef wasslitu biex jagħmel l-aħjar fil-kundizzjonijiet bir-riħ u l-mewġ qawwi biex qabeż lir-rebbieħ tas-sena l-oħra Darren Abdilla, filwaqt li Tony Davison spiċċa fit-tielet post fil-Kampjonat Nazzjonali.

Stefan Abela mill-PR u l-Marketing Department tal-Bank of Valletta p.l.c. ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa matul l-ikla tal-Għoti tal-Premjijiet li saret fl-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni.

Il-Bank of Valletta ilu jappoġġja lill-MMBA sa mill-2011 u huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta li jippromwovu stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa f’ambjent kompetittiv.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/albert-micallef-inkurunat-rebbieh-ghall-2018/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.