Alan Mifsud urtat talli Żejtun neħħewh minn kowċ tat-team

Monday, June 20, 2011, 19:31

minn Sandro Micallef

Alan Mifsud (xellug) flimkien mal-player Edward Azzopardi u Ritchie Curmi

L-Ex Player Alan Mifsud ma felaħx iktar l-uġigħ u d-dieqa li kien qed iħoss wara li l-kumitat ta’ Żejtun għażel li l-kariga ta’ kowċ tat-team għall-istaġun li ġej joffriha lil Joey Falzon u mhux lilu.

Għal Alan Mifsud li mexxa t-team ta’ Żejtun Corinthians għall-promozzjoni permezz taċ-Championship fl-istaġun li għadda mit-Tieni għall-EwwelDiviżjoni din kienet sorpriża kbira hekk kif hu kiteb f’ittra lill-ġurnal it-Torċa tal-bieraħ il-Ħadd 19 ta’ Ġunju.

“Irrid nesprimi s-sorpriża tiegħi li fl-ebda mument ma ġejt mgħarraf uffiċjalment jew għall-inqas informalment li ma kontx se ninżamm fil-kariga ta’ kowċ ta’ Żejtun Corinthians FC, la mill-kumitat jew għall-inqas mill-membri ewlenin tiegħu ” kiteb Mifsud.

Dwar din l-għażla tal-kowċ Joey Falzon, Mifsud itenni li hu sar jaf biha mill-mezzi tax-xandir.

Alan Mifsud f’ittra emozzjonanti indirizzata lill-editur tal-paġni sportivi tal-ġurnal it-Torċa u li ġiet ippublikata f’paġna 55 jgħid hekk : “Beħsiebni, minkejja d-dieqa li qed inħoss u li nemmen li ma kienitx li tixraqli li nirċievi, li nibqa’ nservi lil Żejtun Corinthains bħala membru fil-kumitat u ngħin kemm nista’, fi rwol ferm u ferm iżgħar li għandi, sempliċi biex ir-raħal tagħna jkompli jkabbar ismu fil-futbol”

Mifsud irnexxielu jikseb il-fiduċja tal-membri għaliex ġie elett fil-kumitat għall-sitaġun 2011/12.





Leave a comment