- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Alan Mario Sant ġie appuntat għal-logħba tal-UEFA Youth League Monaco Vs Benfica

Posted By Sportinmalta On October 27, 2014 @ 1:30 pm In Featured,Football | No Comments

Ir-referi internazzjonali Alan Mario Sant ġie appuntat għal-logħba tal-UEFA Youth League minn Grupp Ċ Monaco vs Benfica li ser tintlagħab nhar l-Erbgħa it-22 ta’ Ottubru 2014 fit-3pm, fi Stade de formation AS Monaco 1 – La Turbie.

It-tim tiegħu hu kompost mill-FIFA Assistant Referee Christopher Francalanza u l-Elite Assistant Referi Duncan Sultana, u Johan Hamel bħala Raba’ Uffiċjal appuntat mill-Federazzjoni Franċiża tal-Futbol.

L-Ingliż Stephen Lodge hu l-Osservatur tar-Referis, filwaqt li l-Olandiż Johan Van Kouterik hu d-Delegat tal-Logħba, it-tnejn maħtura mill-UEFA.

Din ser tkun it-tielet logħba għaż-żewġ tims fil-kompetizzjoni speċifikament għaż-żgħażagħ taħt id-19-il sena tat-32 tim parteċipanti fil-UEFA Champions League. L-ewwel żewġ tims ta’ kull grupp jikkwalifikaw għar-Round of 16.

Bħalissa Monaco huma f’ras il-grupp b’6 punti, Benfica b’4, Zenit 1 u Leverkusen b’0 punti.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/alan-mario-sant-gie-appuntat-ghal-loghba-tal-uefa-youth-league-monaco-vs-benfica/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.