Alan Desira wins BOV IOM National Championship 2016

Thursday, March 31, 2016, 17:51

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

-Top model boat sailors in Malta Model Boat Association competition

Alan Desira won the 2016 International One Metre (IOM) National Championship organised by the Malta Model Boat Association.

Desira was the top placed Maltese sailor in the Malta IOM Open invitational held between the 17th and the 20th March 2016. The Malta Open, supported by Bank of Valletta, saw 42 sailors from nine different countries compete in an event that has established itself in the International racing calendar.

Desira, placed ahead of the winner for the last two years, Darren Abdilla and Peter Williams to etch his name on the championship plaque.

Stefan Abela from Bank of Valletta’s Marketing Department presented the winners with the National Championship Trophies. ‘We are proud to be associated with an event that sees Malta’s top sailors compete alongside foreign talent on our shores’ said Mr Abela. ‘We have seen the competition increase both in numbers and in the level of organisation over these years that the Bank has been collaborating the the MMBA.’

The International One Metre (IOM) is a class of radio controlled sailing using boats with hulls that are one metre in length, with standardised sails and hulls to emphasise the ability of its sailor.

Full results of the competition can be found on the association’s website http://www.mmba.moonfruit.com

———————————————————————————————————————————————————-

Malti

Alan Desira jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali BOV IOM 2016

-L-aqwa baħħara tal-mudelli tad-dgħajjes fil-kompetizzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mudelli tad-Dgħajjes (“MMBA”)

Alan Desira rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-2016 fil-klassi International One Metre (“IOM”) organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mudelli tad-Dgħajjes.

Desira kien l-aqwa baħħar Malti fil-Malta IOM Open li sar bejn is-17 u l-20 ta’ Marzu 2016. Il-Malta Open, appoġġjat mill-Bank of Valletta, attira 42 baħħar minn disa’ pajjiżi differenti biex jikkompetu f’avveniment li issa sab postu fil-kalendarju internazzjonali tat-tlielaq.

Desira, spiċċa qabel ir-rebbieħa ta’ dawn l-aħħar sentejn, Darren Abdilla u Peter Williams, biex b’hekk naqqax ismu fuq il-plakka tal-kampjonat.

Stefan Abela mill-Marketing Department tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bit-trofej tal-Kampjonat Nazzjonali. “Aħna kburin li qed nagħmlu parti minn dan l-avveniment li fih l-aqwa baħħara ta’ Malta jiltaqgħu biex jikkompetu flimkien ma’ talent barrani fi xtutna” qal is-Sur Abela. “Rajna l-kompetizzjoni tikber kemm bħala numru ta’ parteċipanti kif ukoll fil-livell tal-organizzazzjoni matul dawn is-snin li fihom il-Bank kien qed jikkollabora mal-MMBA.”

Il-klassi International One Metre hija klassi ta’ dgħajjes imħaddma bir-radio control bil-bwieq tad-dgħajjes ta’ metru fit-tul, bi qlugħ u bwieq standardizzati biex tiġi enfasizzata l-kapaċità tal-baħħara tad-dgħajjes.

Ir-riżultati kollha tal-kompetizzjoni jinsabu fuq il-websajt tal-assoċjazzjoni: http://www.mmba.moonfruit.com

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Alan Desira

———————————————————————————————————————————————————-

MMBA Races

———————————————————————————————————————————————————-

MMBA Races

———————————————————————————————————————————————————-

Alan Desira being presented with his trophy

———————————————————————————————————————————————————-

 





Leave a comment