Aktar logħbiet fl-Ewropa għar-Referee Vassallo

Wednesday, November 3, 2010, 9:48
Bernard Vassallo

Bernard Vassallo

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo, għal darba oħra, se jkun impenjat fl-Ewropa meta din il-ġimgħa, nhar il-Ħamis 4 ta’ Novembru, se jikkontrolla l-partita valida min Grupp K tal-FIBA Eurocup bejn Reyer Venezia (Italja) u Arras d’Artois (Franza) ġewwa l-Palasport Taliercio f’Mestre.

Għal Reyer dan se jkun it-tieni mpenn tagħhom fil-kompetizzjoni wara li għelbu lil Belġjani Dexia Namur 63-59 barra minn darhom ġimgħa ilu. Minn naħa l-oħra, għal Franċiżi ta’ Arras, il-logħba ta’ din il-ġimgħa se tkun l-ewwel partita tagħhom fil-grupp.

Vassallo kien nominat għal aktar impenji fil-kompetizjonijiet FIBA aktar tard matul ix-xahar ta’ Novembru.





1 Comment

  1. Jiggy says:

    Sur Vassallo, billi ghandek zewg karigi, tehodhiex bi kbira jekk tigi f’ilsien ta’ l-Independent!!

    [Reply]

Leave a comment